Ambjent
Il-Gvern se jestendi l-iskema ta’ għajnuna għal solar farms

Waqt li sal-aħħar tas-sena li għaddiet, 6.5% tal-elettriku kkonsmat f’Malta kien ġie mill-panelli fotovoltajċi, il-Gvern ser jestendi l-iskema ta’ għajnuna għal solar farms kbar bil-għan li qabel l-2020, Malta tilħaq il-mira li tipproduċi 10%tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu, prinċiplament mill-panelli tax-xemx.

Ser issir sejħa pubblika oħra biex il-privat jinvesti f’solar farms li jiġġeneraw aktar minn megawatt ta’ elettriku b’inċentivi mill-Gvern fil-forma ta’ feed in tariff li tkun garantita għal għoxrin sena.

F’konferenza ta’ l-aħbarijiet, il-Ministru għall-Enerġija u l-Ilma Joe Mizzi spjega li operaturi kummerċjali u industrijali li għandhom spazji għal solar farms iridu jissodisfaw il-kriterji tas-solar farm policy li saret f’Ottubru li għadda. Huwa qal li flimkien ma’ miżuri oħra, din l-istrateġija għandha twassal biex sa sentejn oħra 10% tal-enerġija tkun minn sorsi rinnovabbli.

DOI – Clodagh Farrugia O’Neill

Il-Ministru għall-Enerġija, Joe Mizzi, qal “ilħaqna kważi sitta punt ħamsa fil-mija mill-għaxra fil-mija li rridu nilħqu, imma hemm bżonn investiment ikbar, qed nagħtu diversi inċentivi, tajna feed in tariffs, grants, hemm diversi. Fejn jidħlu farms kbar qed inħallu l-kompetizzjoni bejniethom biex il-feed in tariff li jagħti l-Gvern ikun l-iktar kompettitiv.”

Il-Ministru Mizzi spjega li wara t-tnedija tas-Solar Farm Policy, il-Gvern irċieva tlettax-il sottomissjoni li minnhom intgħażlu tlieta. Dawn għandhom jitlestew fi żmien tmintax-il xahar u se jkunu qrib l-Imġarr, l-Ajruport ta’ Malta u f’Bengħajsa.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-programm kulturali ta’ Valletta 2018 ser jissokta fi tmiem il-ġimgħa bil-produzzjoni “Corto Maltese: The Ballad of the Salty Sea” fit-Teatru Manoel. Din il-produzzjoni hija adattament tar-rumanz popolari ta’ Hugo Pratt,…

Aktar