Lokali
Il-Gvern se jibgħat lanċa għall-koppja Maltija maqbuda fuq cruiseliner

Il-Gvern ħabbar li se jassisti liż-żewġ anzjani Maltin li nqabdu fuq il-cruiseliner Colombus, li kien fi triqtu lejn l-Ingilterra.

Fi stqarrija l-Gvern qal li d-deċiżjoni ttieħdet mill-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru Ian Borg u mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci.

Iż-żewġ anzjani ta’ 70 sena se jidħlu Malta mingħajr ma l-cruiseliner jidħol fil-portijiet Maltin, billi Transport Malta se tibgħat lanċa, li toħroġ għall-koppja meta l-cruiseliner ikun qed jieħu l-fuel 20 mil ’il bogħod minn Malta. Il-ħaddiema u l-baħħara involuti se jkunu lebsin l-ilbies protettiv kollu meħtieġ bħala prekawzjoni.

Malli jaslu f’Malta, iż-żewġ anzjani, li jbatu minn kundizzjonijiet mediċi kroniċi u meqjusa wkoll bħala persuni vulnerabbli, se jinżammu fi kwarantina obbligatorja.

Ara wkoll:

Koppja Maltija titlob lill-Prof Gauci biex titħalla tinżel mill-cruiseliner li tinsab maqbuda fuqu