Elezzjoni
Il-Gvern se jinvesti €6 miljun fis-settur sportiv li għandu potenzjal kbir f’pajjiżna – il-PM

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata.

Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk il-Gvern se jinvesti €6 miljun oħra li se jmorru direttament għand l-isportivi.

Il-Prim Ministru Muscat qal ukoll li wieħed min kull €3 li jinvesti l-Gvern, qed imorru fl-oqsma soċjali.

Dr Muscat appella lil min għadu ma ġabarx il-vot biex imur jiġbru, anke jekk mhux konvint jekk jivvutax jew le iżda jista’ jaħsibha sas-Sibt li ġej.

Il-Prim Ministru sostna li dawn huma elezzjonijiet li ma jiddejjaq xejn li jkun hemm ġudizzju fuq il-Gvern, u qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jiddejjaq meta jgħid li l-elezzjonijiet tas-Sibt hija għażla bejn Joseph Muscat u Adrian Delia, imma din hija l-verità.

Qal li ninsabu f’nofs it-tieni leġislatura u hija l-ewwel darba li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jiffaċċja elezzjoni nazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar