Lokali
Il-Gvern se jippubblika r-rapport dwar il-mewt ta’ tifla f’Dar San Ġużepp

Il-Gvern ħabbar li għadu kemm ingħata r-riżultati tal-inkjesta indipendenti li saret mill-Imħallef Emeritu Philip Sciberras dwar il-mewt ta’ tifla Niġerjana ta’ 10 snin f’residenza tad-Dumnikani f’Ħaż-Żabbar.

Victoria Aluko tilfet ħajjitha fil-21 ta’ Jannar li għadda, meta kienet qed tgħix ma’ familtha f’Dar San Ġużepp f’Ħaż-Żabbar.

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ħabbar li għadu kif ġie ppreżentat bil-konsiderazzjonijiet tal-inkjesta li ntalbet mill-Ministeru stess.

Il-Ministeru qal li huwa kommess li jippubblika dan ir-rapport ta’ inkjesta fl-iqsar żmien possibbli, madanakollu ngħata parir legali mill-Avukat Ġenerali biex din il-pubblikazzjoni tkun posposta sakemm tintemm l-inkjesta maġisterjali. Dan sabiex l-inkjesta maġisterjali ma tkunx preġudikata jew b’xi mod influwenzata.

Madankollu, il-Ministeru sostna li se jkun qed jieħu konsiderazzjoni tal-kontenut tal-inkjesta indipendenti fejn jidħlu materji ta’ natura amministrattiva b’ mod immedjat.

Ara wkoll: 

Se ssir investigazzjoni indipendenti dwar il-mewt tat-tifla Niġerjana

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Qatt tħajjart tmur għand xi ħadd biex jaqralek ix-xorti? Min jaqra x-xorti huwa mmanipulat mix-xitan? F’Malta hawn kultura tal-okkult?  Glen Falzon stħarreġ dwar dan u tkellem ma’ xi ħadd li…

Saħħa

Dieqa kbira għall-familja li tilfet li binha ta’ erba’ snin li miet fl-isptar Mater Dei fejn idaħħal għall-kura b’kumplikazzjonijiet ikkawżati x’aktarx minn każ rari ta’ meninġite b’mikrobu partikulari. L-awtoritajiet tas-saħħa…

Aktar