Lokali
“Il-Gvern se jkompli jagħmel ir-riformi fil-pajjiż minkejja l-attitudni negattiva tal-Oppożizzjoni” – il-PM

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, qal li mill-bidu tas-sena l-Gvern ressaq 50 abbozz ta’ ligi gdida u minnhom gew approvati żewġ terzi minnhom.

F’kollegament bit-telefown fuq ONE Radio, Dr Abela rrimarka li f’vot li ftiehem din il-gimgha fil-Parlament, l-Oppożizzjoni mhux vera trid li Malta twettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Financial Action Task Force meta vvutat l-Oppożizzjoni vvutat kontra emenda fil-Kostituzzjoni biex jissaħħu l-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiż fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

Dr Abela qal li l-Gvern se jkompli jagħmel ir-riformi fil-pajjiż minkejja l-attitudni li sejjaħ negattiva tal-Oppożizzjoni.

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, qal li l-Gvern se jkompli jwettaq ir-riformi bl-istess ritmu li wera fl-aħħar xhur. Qal li minn Jannar ta’ din is-sena tressqu 50 abozz ta’ liġi ġdida u li minnhom gew approvati 38 liġi ġdida fl-istess perjodu.

F’kollegament telefoniku fuq ONE Radio, il-Prim Ministru qal li fil-jiem li għaddew, bil-vot fil-Parlament kontra emenda fil-Kostituzzjoni, l-Oppożizzjoni bagħtet messaġġ kontra t-trasparenza u s-saltna d-dritt filwaqt li qal li qed tagħti l-barka biex min qed jabbuża, ikompli għaddej b’dan l-aġir. Dr Abela sejjaħ bħala “stramb” kif l-Oppożizzjoni opponiet din l-emenda Kostituzzjonali maqbula mal-Financial Action Task Force. Il-Prim Ministru spjega li l-vot sar fuq emenda mressqa mill-Gvern biex l-awtoritajiet regolatorji jingħataw iktar setgħat amministrattivi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-kriminalità organizzata u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Wera l-fehma li dan il-vot, hu prova oħra li l-Partit Nazzjonalista mhuwiex kredibbli għax jgħid ħaġa u jagħmel oħra. Irrimarka li meta ttieħed il-vot, il-membri tal-Oppożizzjoni nfexxew f’ċapċipa ta’ sodisfazzjon.

Il-Prim Ministru rrefera għall-proġett f’Wied Fulija b’investiment ta’ €4.5 miljun. Spjega li minn post fejn inġemgħu żewġ biljun kilogramma ta’ skart, illum tħawlu b’43,000 siġra u arbuxella. Semma l-għeluq tal-impjant tal-31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa wara investiment ta’ €70 miljun mill-kumpanija Enemed. Qal dawn il-proġetti jżidu l-kredenzjali ambjentali tal-Gvern li jbiddel l-isfidi f’opportunitajiet filwaqt li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Dr Abela għamel referenza għall-pjan ta’ rkupru li l-Gvern ressaq formalment lill-Unjoni Ewropea din il-ġimgħa fejn iktar minn nofs l-inizjattivi kienu inizjattivi marbuta mal-ambjent.

Dr Abela tkellem dwar il-laqgħa mal-Kummissarju Ewropew Thierry Breton li qal iddeskriva lil Malta bħala “iċ-champion” tat-tilqim”. Il-Prim Ministru tenna l-appell biex iktar persuni jiltaqqmu kontra l-Covid-19 fosthom għaliex l-esperti fil-qasam tas-saħħa qed jgħidu li t-tilqima qed tpoġġi lil Malta f’sitwazzjoni iktar sigura milli kienet f’mumenti oħrajn meta kien hemm żidiet fl-għadd ta’ każi ġodda. Sostna li l-Gvern qed jieħu ħsieb is-saħħa tal-poplu Malti, l-għajxien u l-kwalità tal-ħajja u kien għalhekk li ttieħdu deċiżjonijiet li jwasslu biex jingħata valur ikbar lill-vaċċin, anke biex tidħol f’Malta.

Dwar il-politika tar-remote working fis-servizz pubbliku, Dr Abela qal li din tikkonferma l-għatx għal bidla tal-Gvern li qed jifhem ir-realtajiet tal-preżent. Innota li din il-politika toffri flessibbiltà lill-ħaddiema filwaqt li jinżammu standards għoljin fis-servizz pubbliku. Fuq il-miżura taċ-childcare b’xejn, Dr Abela qal li fil-jiem li ġejjin se tinbeda ħidma biex din il-miżura tiġi estiża għal iktar ħin.