Lokali
Il-Gvern se joħroġ bond ieħor 62+

Pensjonanti li għalqu 62 sena qed jingħataw ċans jinvestu sa tmient elef ewro f’bond tal-Gvern apposta għalihom b’rata ta’ imgħax ta’ 3% s-sena.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li f’ħruġ ta’ dal-bond ix-xahar id-dieħel, il-Gvern ser jagħti preferenza lill-pensjonanti li ma applikawx għal bond tas-sena l-oħra. Huwa wera ruħu fiduċjuż li b’ammont ta’ mitt miljun ewro, ser ikunu jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet kollha anke ta’ min investa fil-bond tas-sena l-oħra.

Kull min twieled fl-1956 jew qabel se jkollu opportunità jinvesti bejn €500 u €8,000 f’bond ieħor tal-Gvern ’62 plus’ li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li qed jerġa’ jitnieda għat-tieni sena konsekuttiva biex jgħin lill-pensjonanti b’rata ta’ mgħaxx vantaġġjuża ta’ 3%.

Il-Professur Scicluna qal li l-Gvern qed jippjana li jissellef sa mitt miljun ewro għal din l-iskema u jekk din tinqabeż tingħata preferenza lil min ma ħax sehem fl-iskema tas-sena li għaddiet.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal “għamilniha b’dan il-mod li nagħtu preferenza lil min m’applikax is-sena l-oħra però l-oħrajn li applikaw se jkollhom jimlew il-formola u l-probabbiltà jekk ma jeċċedux il-€100m jieħdu wkoll dawk li qed jitolbu però l-capping għamilnih €8,000 biex ma jkunx hemm diżappunt kbir.”

Għall-iskemi simili li nħarġu s-sena li għaddiet, il-Gvern irċieva 16,130 applikazzjoni għal total ta’ €99.6 miljun. Il-bond jimmatura f’ħames snin u ma jistax jinxtara jew jinżamm f’isem persuni oħrajn jew jiġi mifdi qabel il-ħames snin għajr f’każijiet rari.

Intqal li l-imgħax jitħallas darbtejn fis-sena u dawk interessati japplikaw jistgħu jikkuntattjaw lill-banek, brokers jew istituzzjonijiet finazjarji biex jilħqu jimlew l-applikazzjonijiet li mbagħad jintlaqgħu fil-11 ta’ Ġunju li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-regoli Ewropej ma jippermettux lil Malta biex tagħmel kontrolli estensivi fil-fruntiera. Huwa rrikonoxxa l-kompetizzjoni inġusta li qed jesperjenzaw in-negozji ż-żgħar minħabba kuntrabandu li jidħol…

Immigrazzjoni

Il-vapur Ocean Viking, operat mill-għaqdiet mhux governattivi SOS Medieranee u Medecins Sans Frontieres, salva 36 immigrant ieħor minn fuq dgħajsa tal-injam li kienet f’diffikultà fl-ibħra Maltin. Kelliema għall-Forzi Armati qalet…

Qorti

Immigrant żagħżugħ ta’ 16-il sena li gidem uffiċjal tad-detenzjoni hekk kif prova jaħrab miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi jumejn ilu baqa’ miżmum arrestat. Iż-żagħżugħ irnexxielu jiddendel mal-fence taċ-ċentru tad-detenzjoni u…

Kostruzzjoni

Il-President tal-għaqda tal-iżvilupatturi Sandro Chetcuti ikkundana mingħajr tlaqliq ir-rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni f’ambjent naturali u fil-wied tal-Imġarr. Huwa qal li l-MDA għandha ħjiel ta’ minn rema l-iskart tal-kostruzzjoni f’wied fl-Imġarr…

Aktar