Budget2021
Il-Gvern se jqassam il-vouchers b’valur ta’ €100

Il-Ministru għall-Finanzi nieda skema oħra għas-sena d-dieħla b’din id-darba bil-mitt ewro vouchers se jkunu qed jinqasmu f’€60 li jistgħu jissarrfu f’akkomodazzjoni, lukandi u ristoranti filwaqt li €40 vouchers jistgħu jissarrfu fil-ħwienet u servizzi.

Il-vouchers ser jitqassmu lil kull min ikun għalaq 16-il sena sal-aħħar ta’ din is-sena.

Dettalji fuq din l-iskema se jingħataw aktar ’il quddiem. Din il-miżura ser tiswa €50 miljun.