Lokali
Il-Gvern se juri li l-Kumitat tal-PE huwa żbaljat dwar Malta – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li se jikkovinċi u juri li parti mill-abbozz ta’ riżoluzzjoni fuq Malta mill-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili tal-Parlament Ewropew huwa żbaljat.

Huwa kien qed jitkellem dwar l-abbozz tar-riżoluzzjoni li għad trid tiġi approvata mis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, li jitlob lil Malta biex twaqqaf il-programm taċ-ċittadinanza u tar-residenza.

Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar dan l-abbozz, il-Prim Ministru qal li jekk wieħed iħares lejn il-mozzjoni oriġinali u dik li ġiet preżentata diġà kien hemm tibdil fih għall-aħjar. Dr Muscat qal li xorta mhux sodisfatt b’dan l-abbozz iżda qal li meta jqis il-ħsara li saret fuq Malta minn Maltin stess ma kienx sorpriż b’dan l-abbozz.

Qal li l-Gvern mhux se jissupervja quddiem dan l-abbozz iżda se jipprova jikkovinċi u juri li parti minn dak li qed jintqal huwa żbaljat.

Dr Muscat tkellem ukoll dwar ir-rapport tal-kumitat tal-Parlament Ingliż li jallega li qabel l-elezzjoni tal-2013, il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ ma’ uffiċjali tal-kumpanija Strategic Communications Laboratories li aktar tard ġiet implikata li użat informazzjoni minn Facebook biex tinfluwenza l-elezzjonijiet f’diversi pajjiżi.

Dr Muscat reġa’ għal darb’oħra tenna ċ-ċaħda tiegħu li huwa ltaqa’ ma’ uffiċjali tal-kumpanija Strategic Communications Laboratories u Cambridge Analytica.

Huwa sostna li ma jistax imerri jew iġib provi fuq gidba. Stqarr li diġà għadda minn esperjenza simili fuq il-kumpanija Egrant u sostna li għaldaqstant ma ħadhiex bi kbira li xi ħadd ivvinta xi ħaġa bħal din.

Il-Prim Ministru qal dan waqt kummenti li ta lill-ġurnalisti wara li fetaħ l-iskola primarja f’Wied il-Għajn. Fl-aħħar nett il-Prim Ministru rringrazzja lill-Knisja biex art li hemm mal-iskola ssir sala għall-iskola.

Ara wkoll:

Malta mitluba twaqqaf il-programm taċ-ċittadinanza u tar-residenza

Il-Gvern jiċħad li qabel l-elezzjoni tal-2013, il-PM iltaqa’ ma’ uffiċjali tal-kumpanija Strategic Communications Laboratories

Inawgurata skola primarja ġdida f’Wied il-Għajn

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li xejn mhu se jwaqqfu milli jkompli jiġġieled il-korruzzjoni u jikxef kif l-istituzzjonijiet jinsabu maħkuma mill-Gvern. Dr Delia qal li min għandu l-verità miegħu…

Lokali

6 kantanti Maltin minn La Voix Studios kisbu unuri kbar meta ġew fl-ewwel post f’diversi kompetizzjonijiet fil-Polonja. Ilbieraħ Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Aktar