Politika
Il-Gvern se jżid il-preżenza taż-żamma tal-ordni biex il-kriminalità tkun ikkontrollata – il-PM

F’attività taż-żgħażagħ f’Bormla, Dr Muscat qal li kien minn din il-belt ta’ Cospicua li beda l-Partit Laburista, belt f’reġjun b’qalb kbira li jilqa’ lil kulħadd, fosthom lilu bħala Mexxej Laburista. Dr Muscat qal li Gvern Laburista wettaq bidla fil-Kottonera fejn ġojjel kien tħalla mitluq u abbandunat mill-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, iżda llum l-Kottonera saret l-għaxqa ta’ Malta. Qal li l-Gvern se jżid il-preżenza taż-żamma tal-ordni biex il-kriminalità tkun ikkontrollata u dan għaliex dan il-Gvern għandu l-polz mal-poplu tal-Kottonera.

Dr Muscat feraħ lil Michela Pace għas-sehem tagħha fil-Eurovision Song Contest u l-fatt li daħlet fil-finali tagħha. Qal li l-għan ta’ dan il-moviment hu li l-Gvern jibqa’ jaħdem biex Malta tkun aħjar għall-ġenerazzjonijiet tal-futur, u li dan ma jsirx biss bil-kliem, imma bil-fatti, għax il-pajjiż għada pitgħada żgur se jsibu xogħol f’pajjiżna.

Dr Muscat qal li dan il-Gvern qed jaħdem biex ix-xogħol ta’ għada jkun b’kundizzjonijiet aħjar u jħallas aħjar. Qal li llum wara ħidma li beda sa mill-bidu nett dan il-Gvern, ebda żgħażugħ jew żagħżugħa li jkun qabeż l-età tal-iskola obbligatorja, jew ikompli l-iskola jew qed jitħarreġ jew qed jaħdem. Dr Muscat qal li dan seħħ għax il-Gvern poġġa fuq quddiem nett l-edukazzjoni, l-ikbar għodda biex uliedna jimxu ‘l quddiem.

Dr Muscat qal li kemm ikollu ferħ f’qalbu meta jara tant żgħażagħ jagħmlu suċċess fl-istudji tagħhom u fil-karrieri tagħhom. Kburi li dan il-Gvern minn din is-sena ħa pass li kull min se jagħmel l-eżamijiet tal-Matsec u tas-Sec, mhux se jħallsu lanqas ċenteżmu wieħed. Dr Muscat tkellem fuq il-mira tal-Gvern li jelimina l-faqar u jgħin liż-żgħażagħ fejn l-istipendji żdiedu sitt darbiet. Qal li llum ż-żgħażagħ għandhom is-servizz tat-trasport pubbliku bla ħlas u l-ikbar għodda huwa x-xogħol li permezz tiegħu kulħadd isir nies.

Dr Muscat qal li llum tant hawn xogħol li m’hawnx biżżejjed Maltin u Għawdxin għalih, xogħol li jassigura l-għixien taż-żgħażagħ tal-lum u ta’ għada. Dr Muscat irrefera għall-ftehim mal-ITS mal-akkademja tal-Emirati biex iċ-ċeritifikat minn Malta jkun ta’ waħda mill-aqwa istituzzjonijiet tad-dinja. Qal li dan il-Gvern wera fiduċja fiż-żgħażagħ bil-fatti, li se jkunu t-tieni ġens fl-Ewropa, fejn ta’ 16 u 17 –il sena ngħataw id-dritt li jivvutaw u fl-elezzjoni ġenerali li ġejja, żgħażagħ li għandhom 13 –il sena, se jkollhom ukoll id-dritt tal-vot, biex jingħataw il-leħen u s-saħħa biex jieħdu d-deċiżjonijiet.

Qal li llum iż-żgħażagħ huma l-qalb tal-għadiet volontarji ta’ kull tip, minn għaqda sportiva, mużikali jew ta’ missjoni. Dr Muscat qal li l-aqwa preżent u l-aqwa futur huwa l-investiment fiż-żgħażagħ u esprima sodisfazzjon li kull fejn iħares kemm fuq livell ta’ Parlament Malti, u anki ta’ partit, jara żgħażagħ li qegħdin hemm attivi u li qed jagħmlu tant progress.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-tifkira ta’ Lassana Cisse Souleymane, li kienet tpoġġiet fil-post fejn inqatel ġiet ivvandalizzata. Huwa kien inqatel kiesaħ u biered fit-triq li tagħti bejn Ħal Far u Birżebbuġa nhar is-6 t’April. B’rabta…

Lokali

Heritage Malta, flimkien mas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti u l-Università ta’ Macquarie, f’Sydney l-Awstralja, qed iħabbru l-bidu ta’ proġett internazzjonali u interdixxiplinarju li jinvolvi l-istudju tal-kranji umani li nstabu ġewwa l-Ipoġew…

Qorti

Ir-raġel suspettat bl-omiċidju ta’ Charlene Farrugia mistenni jitressaq il-Qorti llum. TVM jinsab infurmat li huwa se jitressaq b’rabta mal-hold up li seħħ ftit tal-jiem ilu f’ħanut fil-Gżira. Dwar l-akkużi b’rabta…

Aktar