Ekonomija u Finanzi
Il-Gvern ser jerġa’ joħroġ bonds għall-anzjani li qabżu t-62 sena

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li għar-raba’ darba, il-Gvern ser joħroġ bonds għall-anzjani li qabżu t-62 sena. Il-Professur Scicluna qal li l-ammont tal-bond ser ikun 60 miljun ewro iżda jekk id-domanda tkun iżjed jittella’ sa 95 miljun ewro. Spjega li l-bond b’imgħax ta’ 3 fil-mija ser jagħlaq fis-sena 2025.

Il-Professur Scicluna qal li din hija opportunità għall-anzjani għax l-imgħax fuq dawn il-bonds huwa ferm ogħla mis-suq. Huwa spjega li ser jingħataw preferenza lill-applikanti l-ġodda għalkemm dawk li diġà għandhom bonds simili ser ikunu kunsidrati. Lanqas somma investita ser tkun ta’ €500 u l-ogħla hija €10,000. L-applikazzjonijiet għall-bonds ser jibdew jintlaqgħu fil-15 ta’ Lulju iżda mis-7 ta’ Lulju jista’ jinġabar il-prospett. Huwa ħeġġeġ lill-anzjani biex jitkellmu mar-rappreżentanti finanzjarji tagħhom għal dan l-investiment.

Il-Ministru Scicluna ċaħad li l-Gvern talab estensjoni ta’ sitt xhur għar-rapport tal-Moneyval kif ġie rappurtat f’sezzjoni tal-midja. Huwa spjega li kienu l-Moneyval infushom li estendew minn Ġunju għal Ottubru minħabba l-pandemija.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Anzjan ta’ 90 sena kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara. Kienu għall-ħabta tas-06:30, meta seħħet kollużjoni fi Triq Dun Karm bejn vettura tal-għamla…

COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li fl-aħħar 24 siegħa ma ħareġ l-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta mentri ġiet imfejqa mill-virus persuni oħra. Każi attivi ta’ coronavirus fadal biss 12 hekk kif…

Politika

L-Avukat Ramona Attard, ex ġurnalista u uffiċjal fl-uffiċċju tal-Prim Ministru se tikkontesta għall-kariga ta’ President għall-Partit Laburista. In-nomini fetħu l-Ġimgħa filgħaxija u se jagħlqu l-Ħadd fil-11 a.m. Fuq il-midja soċjali, Attard…

Aktar