Barranin
Il-Gvern Taljan japprova pjan biex issir art ġdida fil-Kolossew ta’ Ruma

Il-Gvern Taljan approva pjan sabiex issir art ġdida fil-Kolossew ta’ Ruma u b’hekk jagħti ċans lill-viżitaturi sabiex iżuru u jesperjenzaw il-kobor tal-post miċ-ċentru, minn fejn kienu jiġġieldu l-gladjaturi.

Il-Ministru għall-Kultura Taljan ħabbar il-proġett biex tinbena art tal-injam li tkun tista’ titneħħa. Kumpanija tal-inġinerija rebħet il-proġett li se jiswa 18-il miljun ewro u nofs. L-art mistennija li titlesta sal-2023.

Bħalissa l-Kolossew, monument li għandu mal-2,000 sena, m’għandux art. L-art kienet tneħħiet minn arkeologi fis-seklu 19 biex kixfu network taħt l-art ta’ mini fejn gladjaturi u annimali kien jinżammu qabel kien jibda l-ġlied.