Lokali
“Il-Gvern tilef kull sens ta’ bilanċ” – Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li minkejja is-surplus u t-tkabbir ekonomiku, dan mhux jiġi rifless fit-titjib tal-ħajja tal-Maltin. Qal li filwaqt li l-prodott gross domestiku rdoppja, il-pagi żdiedu b’1.1% biss.

Dr Delia qal il-Gvern tilef kull sens ta’ bilanċ. Qal li l-bilanċ m’għandux ikun biss bejn id-dħul u l-infiq imma dwar sostenibbiltà, bejn l-iżvilupp u l-ambjent u bejn min qed jaqla’ ħafna u min mhux ilaħħaq mal-ħajja fost oħrajn. Qal li l-kejl tat-tkabbir u l-ġid irid jinbidel u jkun hawn tkabbir sostenbbli li ma jikkreax problemi tas-suċċess.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet wara r-risposta għad-diskors tal-baġit, Dr Delia qal li filwaqt li l-Ministru tal-Finanzi qal li Malta qed taffaċja sfidi, huwa naqas milli jsemmi x’inhuma dawn l-isfidi u allura x’rimedju hemm għalihom. Min-naħa tagħha, l-Oppożizzjoni mhux biss qed tiddentifika l-isfidi imma qiegħda toħroġ ukoll bi proposti għall-ġid tal-poplu Malti b’dokument li jisħaq fuq il-bżonn ta’ bilanċ u sostenibbiltà.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-faqar f’Malta qed jiżdied. Qal li llum hawn mad-90,000 persuna f’xifer il-faqar u l-Partit Nazzjoanlista jrid jiggarantixxi d-dritt li kull Malti u Għawdxi jkollu saqaf fuq rasu bi dritt.  Qal li filwaqt li l-Gvern għajjar lill-Oppożizzjoni negattiva u li injorat il-baġit, il-proposti ippreżentati fid-dokument ta’ qabel il-baġit huma pożittivi, li qal il-Gvern ma riedx jagħti kashom. Kompla li llum wassal numru ta’ argumenti li l-Gvern ma jridx li jitwasslu.

Qal li l-Partit Nazzjonalista jrid jinvesti fil-ġenerazzjonijet futuri. Semma’ l-mozzjoni biex il-Parlament jiddikjara emerġenza fit-tibdil tal-klima. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li hu ma jridx li din tiġi kwistjoni partiġġjana iżda li tgħaqqad lill-Parlament u lill-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta ħabbret sensiela ta’ kunċerti bit-tema Flimkien, fi djar u villaġġi għall-anzjani. Il-kunċerti li se jsiru kull nhar ta’ Ġimgħa filgħodu għandhom l-għan li jwasslu messaġġ pożittiv…

Sport

24 siegħa wara li l-Kunsill tal-MFA iddeċieda li jikkonferma lil Floriana FC bħala Champions tal-BOV Premier League 2019/20, l-eks President tal-MFA Norman Darmanin Demajo stqarr li “ħafna mid-deċiżjonijiet kienu inevitabbli”….

Qorti

Tewmin ta’ 40 sena ntbagħtu 92 xahar ħabs bejniethom wara li ammettew li serqu ħames anzjani f’Diċembru u Jannar li għadda. Il-każi seħħew fiż-Żejtun, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid. F’Jannar…

Aktar