Politika
Il-Gvern u l-Oppożizzjoni b’reazzjoni differenti għall-għeluq tal-fergħat tal-HSBC

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni rreaġixxew b’mod differenti għall-aħbar li l-bank HSBC se jagħlaq għadd ta’ fergħat madwar Malta.

Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni laqa’ l-pass tal-bank u ddeskrivih bħala proattiv, billi qed iħaddan u jadotta għal tendenzi ġodda fix-xenarju diġitali. Qal li dan jikkumplimentaw il-politika tal-Gvern fil-qasam.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li jittama li jkun hemm konsultazzjoni mal-komunitajiet affetwati direttament bl-għeluq tal-fergħat, kif ukoll li l-ftuħ ta’ kontijiet bankarji bażiċi jkunu mħaffa u jsiru iktar faċli.

Sadanittant, il-Partit Nazzjonalista kkunsidra din id-deċiżjoni f’dawl negattiv, u fi stqarrija ffirmata mid-deputati Kristy Debono u Mario Demarco, intqal li s-settur bankarju qed jispiċċa fl-aħbarijiet għar-raġunijiet il-ħżiena.

Il-PN semma l-għeluq tal-fergħat, l-għeluq tal-kontijiet remoti tal-gaming, sospensjoni ta’ liċenzji, għeluq ta’ banek minħabba irregolaritajiet, u telf tal-correspondent banking.

Ara wkoll:

L-HSBC se jagħlaq 9 fergħat sas-sena d-dieħla

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar