Parlament
Il-Gvern u l-Oppożizzjoni jaqblu fuq ir-riforma għar-rappreżentanza ugwali fil-Parlament

Il-Gvern laqa b’sodisfazzjon li ntlaħaq qbil fil-kumitat tekniku għall-avvanz fir-rappreżentanza demokratika biex jiddaħħal mekkaniżmu fil-kostituzzjoni sabiex ikun hemm bilanċ aħjar ta’ nisa u irġiel fil-Parlament li jmiss. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Gvern se jimxi mingħajr dewmien biex l-abbozz finali maqbul jgħaddi mill-Parlament. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista qabel mal-proposta għall-bilanc tas-sessi fil-parlament wara li d-diskussjonijiet fil-livell tekniku mmaturaw.

Mill-leġiżlatura li jmiss, iż-żewġ partiti ser ikunu jistgħu jtellgħu sitt deptuati nisa kull wieħed li ma jkunux ġabu l-kwota. B’dan il-mekkaniżmu huwa maħsub biex ikun hemm ta lanqas 40% tad-deputati li jkunu nisa. F’każ li aktar nisa jiġu eletti minn irġiel, il-mekkaniżmu jaħdem biex iżid in-numru ta’ rġiel fil-Parlament.

F’kummenti ma’ Television Malta il-Prim Ministru Robert Abela qal li jilqa’ l-qbil dwar dan bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fil-Kumitat għall-Avvanz fir-Rappreżentanza Demokratika. Dr Abela qal li l-pass li jmiss huwa li din ir-riforma tidħol fis-seħħ b’emendi kostituzzjonali.

“Jiena diġà kkometejt lili nnfisi li sal-elezzjoni ġenerali li jmiss dan il-mekkaniżmu ijid ikun fis-seħħ u jaħdem u għalhekk nappella lill-Partit Nazzjonalista biex iżomm il-pożizzjoni li issa ħa, għax meħtieġa ż-żewġ terzi biex ikun jista’ mdaħħal dan il-mekkaniżmu, biex flimkien inkunu nistgħu ndaħħlu dan il-mekkaniżmu li ser tkun ta’ ġid kbir għas-sistema elettorali u għas-sistema ta’ kif jaħdem il-pajjiż.”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddiskuta u qabel mal-proposta li jkun hemm mekkaniżmu korrettiv, wara li d-diskussjonijiet fil-livell tekniku mmaturaw biżżejjed biex id-diskussjoni tgħaddi għal-livell politiku fil-Parlament.

Dr Delia, qal li hemm miżuri oħra li jridu jikkumplimentaw din ir-riforma biex aktar nisa jidħlu għall-ħajja fil-politika.

“It tibdil tal-liġi waħidha żgur li mhix biżżejjed, żgur li rridu naċertaw li l-ambjent sħiħ jattira politiċi mhux biss ta’ ġeneru maskili, ħalli b’hekk fil-Parlament li qiegħed jagħmel il-liġijiet ikollna il-perspettiva tas-soċjeta kollha, dik hi l-iżjed ħaġa importanti mhux biex tgħid li għandek in-numri.”

Fi stqarrija il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rosianne Cutajar qalu li din l-inizjattiva rivoluzzjonarja fid-demokrazija hija waħda mill-bosta riformi sabiex jiġu msaħħa l-istituzzjonijiet.

L-Alternattiva Demokratika qalet li l-qbil bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista huwa sinjal ta’ kif iż-żewġ partiti ihalltu u jaqsmu bejniethom. Żiedet tgħid li dan il-mekkaniżmu ma jaħdimx meta jkunu eletti membri parlamentari minn partiti oħra.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar