Ambjent
Il-Gvern u l-Oppożizzjoni jiddikjaraw emerġenza fil-klima

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel għal Kumitat Parlamentari tal-Ambjent, Tibdil fil-Kima u Ippjanar tal-Iżvilupp.

Il-Ministru Herrera qal li kellu laqgħa mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ li wrew it-tħassib tagħhom dwar it-tibdil fil-klima.

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent, Jason Azzopardi, issekonda l-emenda ġdida tal-Gvern u qal li b’mod kollettiv sar pass ‘il quddiem fuq l-emerġenza fil-klima u dak li jrid jagħmel il-pajjiż.

Il-Kamra imbagħad approvat unanimament il-mozzjoni l-ġdida mressqa mill-Ministru għall-Ambjent.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

COVID-19

Wara aktar minn xahrejn mċaħħda milli jaraw lill-qraba anzjani tagħhom, għadd kbir ta’ qraba bdew jingħataw l-opportunità li jaraw lil qrabathom minn wara l-perspex. Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vincenz de…

Aktar