Parlament
Il-Gvern u l-Oppożizzjoni jiddiskutu l-konklużjonijiet tar-rapport Greco

F’dibattitu fil-Parlament, il-Gvern u l-Oppożizzjoni taw il-verzjonijiet tagħhom b’nuqqas ta’ qbil bejniethom dwar il-konklużjonijiet tar-rapport Greco tal-Kunsill tal-Ewropa. Fil-ħames rapport dwar Malta li jsir kull sentejn, il-kumitat Greco kien kritiku għal diversi aspetti fil-ġlieda tal-istituzzjonijiet Maltin kontra l-korruzzjoni. Fid-dibattitu ħadu sehem il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni u diversi membri miż-żewġ naħat tal-kamra.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern laqa’ b’mod kostruttiv ir-rapport Greco tal-Kunsill tal-Ewropa. Fil-ftuħ tad-dibattitu fil-Parlament dwar dar-rapport, Dr Muscat qal li ħafna minnu huwa bbażat aktar fuq dak li jintqal fuq il-midja u mis-soċjetà ċivili li x-xejra tal-organizzazzjoni internazzjonali hija li jagħtu aktar importanza lis-soċjetà ċivili milli dak li jgħidu l-Gvernijiet. Dr Muscat qal li l-Gvern ser jieħu l-punti tajbin ta’ dan ir-rapport u ser janalizzah sew.

Il-Prim Ministru qal li min jiżra r-riħ jaħsad it-tempempesta. Qal li ħafna mill-osservazzjonijiet tar-rapport huma riżultat ta’ kif parti mill-Oppożizzjoni aġixxiet fl-aħħar snin, li tat l-impressjoni lid-demokrazija f’Malta mhux qed taħdem. Qal li dan mhuwiex minnu u prova ta’ dan hija li l-Qorti ddeċidiet li tagħti żewġ siġġijiet lill-Oppożizzjoni f’deċiżjoni li Dr Muscat qal jista’ jkollha konsegwenzi serji għall-istabbiltà tal-pajjiż għax tista’ toħloq konfużjoni politika aktar ‘il quddiem. Qal li għalkemm għandu riżervi fuq din is-sentenza, il-Gvern aċċettaha.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern għamel ħafna biex l-istituzzjonijiet jaqdu dmirhom tajjeb u għamel diversi liġijiet li saħħew l-istituzzjonijiet.

Fl-intervent tiegħu, il-Kap tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia qal lir-rapport Greco jgħid li Malta huwa stat korrott. Qal li r-rapport jikkonferma li l-Gvern żelaq fin-nixef fil-governanza, fit-trasparenza u fil-kontabilità. Qal li l-Gvern qed jabbuża mil-liġijiet u immina l-kredibilità tal-pajjiż.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ressaq mozzjoni għat-twaqqief ta’ kumitat parlamentari biex jifli d-diversi rapporti dwar Malta u jirrakkomanda proposti ħalli jiġu implimentati.

Dr Delia sostna li mhux tort tal-Partit Nazzjonalista li saru dawn ir-rapporti. Il-kelliem qal li l-Partit Nazzjonalista huwa maqgħud kontra l-korruzzjoni. Huwa qal li l-pajjiż wasal fejn wasal minħabba li l-Ministru Konrad Mizzi ssemma’ fil-Panama Papers u baqa’ fil-kabinett. Dr Delia qal li r-rapport GRECO jikkonkludi dak li qed tħoss is-soċjetà ċivili għax hija l-unika li ma għandhiex sarima ma’ ħalqha.

Dr Delia qal li Malta waqgħet fil-51 post fl-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni ta’ transparency international. Huwa qal li r-rapport Greco jitkellem dwar il-kollass tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż, dwar il-partiġġjanizmu u nies qrib il-Prim Ministru. Dr Delia qal li l-Gvern ħataf l-istituzzjonijiet bil-konsegwenza li l-pajjiż jinsab mifni bil-korruzzjoni li qal qed tiswa’ lil pajjiż €725 miljun fis-sena.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Mas-6,000 ħaddiem se jingħataw kumpens għall-anomaliji u inġustizzji li sofrew matul iż-żmien. Il-Ministri Edward Scicluna u Michael Falzon qalu li dawn il-ħaddiema ser jingħataw bejniethom €11-il miljun fi skema li…

Lokali

Il-familji residenti fil-bini li ġġarraf il-lejl li għadda fi Gwardamanġa u l-ġirien tagħhom jinsabu ttrawmattizzati, li minħabba dak li ġara spiċċaw b’ta’ fuqhom senduqhom. Huma esprimew rabja kbira għaliex qalu…

Trasport

Fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew xogħlijiet fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-foss ta’ San Ġakbu għal titjib fil-faċilitajiet għal passiġġieri. Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li dan l-proġett ser jiswa €400,000 u…

Lokali

Il-membri ġodda li ġew eletti fil-kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb, qal li l-Kamra tal-Kummerċ se tkompli taħdem fl-interess tan-negozju….

Aktar