COVID-19
Il-GWU bi proposta biex il-ħaddiema tal-banek jingħataw prijorità għat-tilqima kontra l-Covid-19

Il-GWU ressqet proposta biex il-ħaddiema tal-banek jingħataw prijorità għat-tilqima tal-COVID-19.

Fi stqarrija. il-GWU qalet li dawn il-ħaddiema jiltaqgħu man-nies kontinwament u li xogħolhom ipoġġihom f’periklu kemm għalihom u anke għall-familjari tagħhom li jistgħu anke jkunu vulnerabbli. Il-GWU qalet li ressqet proposta biex il-ħaddiema tal-banek għandhom jitqiesu bħala frontliners ukoll u għandhom jingħataw prijorità għall-vaċċin kontra l-Covid-19.

Il-GWU qalet li tifhem perfettament li kulħadd jixtieq li jkun minn tal-ewwel biex jitlaqqam kontra l-Covid-19 però bħala Union tal-Ħaddiema huwa d-dmir tagħha li tara x’inhu l-aħjar għall-membri tagħha.