Lokali
Il-GWU tressaq il-proposti għall-Budget

Il-GWU preżentat il-proposti tagħha għall-Budget ta’ nhar it-Tnejn li ġej. Is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja qal li proposti tal-union huma maqsuma fi 11-il sezzjoni li jkopru fost oħrajn il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol, iż-Żgħażagħ, l-Ekonomija, l-Edukazzjoni, l-Akkomodazzjoni Soċjali, il-Pensjonijiet, is-Saħħa, l-Ambjent u Għawdex.

Is-Sur Buġeja qal li l-proposti huma mmirati li l-ġid li qed jinħoloq jitqassam b’mod ġust billi jkunu mgħejjuna l-aktar persuni f’diffikultà. Qal li hemm bżonn ta’ reviżjoni tal-paga minima, ħlas ugwali għall-istess xogħol kemm jekk il-ħaddiema jaħdmu mal-kuntrattur jew mal-Gvern, tkun emendata l-liġi tax-xogħol biex din tirrifletti l-ħtigijiet tal-lum. Qal ukoll li l-GWU qed tinsisti li tiżdied ġurnata oħra mal-leave u li jingħata leave mediku, u li t-taxxa fuq ix-xogħol part-time u s-sahra tonqos għall-10%.

Is-Sur Bugeja qal li l-union qed tipproponi wkoll miżuri fit-trasport pubbliku, Childcare fiż-żoni industrijali u anke miżuri għall-priġunieri li jkunu skontaw is-sentenza ħalli jkunu mgħejjuna jerġgħu jibnu ħajjiethom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar