Il-GWU u l-Ministru Mallia jikkundannaw il-vjolenza fuq il-pulizija

Il-General Workers Union ikkundannat bil-qawwa kollha u bla riserva kull aggressjoni li ssir fuq membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, partikolarment l-inċidenti li ġraw nhar il-Gimgha fin-Nadur u dak tal-bieraħ f’San Pawl il-Baħar li fih sfaw imweġġgħa Spettur u Surġent tal-Pulzija.

Filwaqt li l-GWU wriet is-solidarjetà mal-Pulizija, is-Surġent u l-Ispettur, stqarret li mhux aċċettabbli la għaliha u lanqas għall-Police Officers Union (POU), li jiġru affarijiet bħal dawn fuq membri u uffiċjali tal-Pulizija li xogħolhom hu li jassiguraw l-osservanza tal-liġi.

Il-GWU qalet li diġà qed tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-membri u l-uffiċjali kollha tal-Korp permezz ta’ diskussjonijiet li għaddejjin mal-Ministeru tal-Intern bil-għan li tinstab soluzzjoni ġusta, kif fil-fatt qed jidher li se jsir, għall-ġid tal-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija.

Min-naħa tieħgu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Emmanuel Mallia awgura fejqan ta’ malajr lil dawn l-uffiċjali u saħaq li l-ebda forma ta’ vjolenza kontra uffiċjali tal-Pulizija mhi se tkun ittollerata.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

Aktar