Barranin
FILMAT: il-mument li l-gżira ta’ Kreta tintlaqat minn terremot b’qawwa ta’ 6.4

Fi Kreta, mill-inqas persuna tilfet ħajjitha kawża ta’ terremot li seħħ fl-ikbar gżira Griega b’qawwa ta’ 6.4 fuq l-iskala Richter. Il-vittma ġiet idenfitikata bħala raġel li nstab mirdum taħt koppla ta’ kappella żgħira waqt li beda jagħmel xogħlijiet ta’ restawr. Il-kappella spiċċat borġ ġebel. L-awtoritajiet qalu li disa’ persuni ndarbu minħabba t-terremot li kkawża l-iktar ħsara f’binjiet antiki.