Lokali
Il-Gżirjani u l-MIDI jagħmlu paċi dwar Manoel Island

Il-Gżirjani u l-ambjentalisti kienu vuċi voċifera kontra l-proġett ta’ Manoel Island li kien ingħata lill-MIDI biex isir 18-il sena ilu.

Matul dawn is-snin saru diversi protesti, kien hemm okkażjonijiet fejn ġie sgassat l-ilqugħ, kien hemm min ikkampja fis-sit biex issir pressjoni għall-aċċess tal-pubbliku għax-xatt u żoni ta’ importanza storika u naturali li hemm f’din il-gżira.

L-aċċess infetaħ u ingħalaq kemm-il darba u l-battibekki bejn l-ambjentalisti u l-kuntratturi ma naqsux dwar din il-kwistjoni speċjalment fl-aħħar sentejn, bil-Kunsill tal-Gżira saħansitra kien wasal sal-punt li jitlob lura l-ġurisdizzjoni ta’ Manoel Island mingħand il-konsorzju MIDI.

Meta seħħet l-iżvolta fil-kwistjoni?

Kien f’Novembru tas-sena li għaddiet li seħħet żvolta fil-kwistjoni, meta wara xhur ta’ negozjati mal-Kunsill Lokali tal-Gżira, il-konsorzju MIDI ħabbar Masterplan ġdid għall-proġett ta’ Manoel Island.

Minn dakinhar ‘l hawn donnu li ż-żewġ naħat bdew jikkoperaw iktar u minn missjoni impossibbli beda jidher raġġ ta’ dawl li xi darba jista’ jintlaħaq ftehim dwar l-aħjar użu ta’ Manoel Island.

Il-masterplan il-ġdid, għandu ferm inqas bini minn dak oriġinali, kif ukoll iktar spazji miftuħa u pubbliċi, li huma riżultat ta’ pressjoni li saru mill-Kunsill tal-Gżira u awtoritajiet oħra li tefgħu lenti fuq l-obbligi li l-MIDI kellhom fil-kuntratt li sar mill-Gvern madwar 18-il sena ilu.

Illum ġie ffirmat ftehim bejn ir-rappreżentanti tal-entitajiet li tant ħabirku biex Manoel Island titgawda iktar min-nies, u l-konsorzju li se jieħu ħsieb it-twettiq tal-proġett biex iffurmaw fondazzjoni li se tindokra l-progress sat-tlestija tax-xogħlijiet.

Ara wkoll:

Battibekk bejn is-sindku tal-Gżira u l-kap eżekuttiv tal-MIDI

Ir-residenti tal-Gżira jridu li Manoel Island ma tibqax magħluqa għall-pubbliku

Filmat – jisgassaw l-ilqugħ u jikkampjaw fuq Manoel Island

“Għandna d-dritt nagħlqu l-aċċess għal Manoel Island iżda se nidħlu f’diskussjonijiet” – il-Kap Eżekuttiv tal-MIDI

 

Il-Kunsill Lokali tal-Gżira jitlob lura l-ġurisdizzjoni ta’ Manoel Island

Se jaqsmu l-port bil-baħar biex jidħlu u jorqdu fuq Manoel Island

Il-MIDI u l-Kunsill tal-Gżira pożittivi fuq il-futur ta’ Manoel Island

Manoel Island f’nofs kontroversja oħra

Żvolta fis-saga ta’ Manoel Island

Ir-riġenerazzjoni ta’ Manoel Island tista’ tieħu sa 7 snin – MIDI

Il-wirt storiku u naturali ta’ Manoel Island se jiġi indukrat minn fondazzjoni ġdida

ARA: Kif se ssir Manoel Island?

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Mal-faċċata ta’ waħda mill-binjiet tal-Isptar Mater Dei, dalgħodu niżlu għadd ta’ super eroj. Dawn kienu membri tal-grupp tal-Iscouts tal-Mosta f’inizjattiva sorpriża għat-tfal li fil-btajjel tal-Għid jinsabu rikoverati l-isptar. Spiderman, Superman,…

Enerġija

Fl-aħħar sebà snin tqassmu kważi €50 miljun minn fondi Ewropej, biex familji investew f’panelli fotovoltajċi. F’diversi skemi li saru, ġew stallati kważi 20,000 sistema ta’ pannelli. Bejniethom, is-sena li għaddiet…

Politika

Il-mexxej tal-Partit Demokratiku, Dr. Godfrey Farrugia, iddeċieda li joħroġ għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Meta ħabbar it-tliet kandidati tiegħu, il-PD kien indika li dawn in-nomini kienu finali, u li ma kinux se…

Kronaka

Qed issir tfittxija għal Mary Muscat li ġiet irrappurtata nieqsa fit-18 t’April 2019 għall-ħabta tat-15:00. Hija dehret l-aħħar nhar is-17 t’April 2019 għall-ħabta tal-23:35. Mary Muscat tbati bid-Dimenzja. Kull min…

Aktar