Qorti
Il-ħabs soluzzjoni għal żgħażagħ li jxellfuha mal-ġustizzja?

Żgħażagħ li jxellfuha mal-ġustizzja għandhom jintbagħtu l-ħabs jew jeħtieġ ikun hawn postijiet alternattivi fejn jiskontaw is-sentenza tagħhom?

Din hija mistoqsija li tqanqlet f’TVMi Insights, programm ġdid fuq TVM u TVMi, li fih is-Social Worker Steve Libreri qal li l-ħabs minnu nnifsu huwa riformattiv, iżda jħoss li hemm bżonn terapiji oħrajn għal żgħażagħ li jinstabu ħatja ta’ reati li wettqu.

Min-naħa l-oħra, l-Ispettur u President tal-Police Officers’ Union Sandro Camilleri qal li barra minn Malta jeżistu postijiet alternattivi għall-ħabs li qal għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġu ntrodotti f’pajjiżna biex jirriformaw ruħhom żgħażagħ li xellfu jdejhom mal-ġustizzja.

Fil-programm ukoll, ġie trattat is-suġġett ta’ jekk fil-Qorti hix issir ġustizzja fid-dawl tad-dibattitu li nqala’ dan l-aħħar dwar l-għoti tal-ħelsien mill-arrest liż-żagħżugħ Liam Debono li qed ikun akkużat bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli tal-Pulizija Simon Schembri.

L-Avukat u Kap tad-Dipartiment tal-Liġi Kriminali fil-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Malta Stefano Filletti fisser fid-dettall meta persuna tingħata ħelsien mill-arrest mill-Qorti.

Tista’ ssegwi l-intervista ma’ Dr Filletti minn hawnhekk – https://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/tvmi-insights/

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li b’effett immedjat, il-votanti li ntilfilhom, tqattgħalhom jew ġratilhom ħsara sostanzjali fid-dokument għall-votazzjoni wara li rċevewh jistgħu japplikaw għal dokument għall-votazzjoni speċjali. Dan japplika wkoll…

Qorti

Alessio Minelli, Taljan ta’ 27 sena, instab ħati li agredixxa u weġġa’ gravi lil Ryan Sacco, pulizija li dak il-ħin kien ‘off-duty’. Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tas-6 ta’ Lulju 2017…

Kurżitajiet

Fl-istadium ta’ Ramón Sánchez Pizjuán f’Sevilla, tfaċċat il-bandiera Maltija fost il-partitarji li marru jsegwu logħba football tas-Sevilla kontra r-Rayo Vallecano. Jidher li fost il-partitjari, kien hemm Malti kburi b’pajjiżu u…

Edukazzjoni

Sittin tifel u tifla mill-iskejjel primarji tal-istat ta’ Malta u Għawdex ħadu sehem f’attività tal-Brillantini tal-Kitba li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat f’Ruma. Permezz tal-iskema ‘Brillantini tal-Kitba’, tfal ta’ disa’ snin,…

Aktar