Kronaka
Il-ħaddiem li kien waqa’ l-irħam fuqu joħroġ mill-ITU

Ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU) il-ħaddiem li kien fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ rħam fuqu.

L-inċident kien seħħ fil-11 ta’ Ottubru li għadda fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena, li huwa mill-Eritreja u jgħix Birżebbuġa, għadu qed jingħata l-kura fl-isptar.

Minbarra investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ kienet anke nfetħet inkjesta maġisterjali.

 

Ara wkoll:

Żagħżugħ ta’ 21 sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ rħam fuqu