Ekonomija u Finanzi
Il-ħaddiema se jibdew jirċievu ċekk mill-Gvern ta’ bejn €40 u €68

Il-ħaddiema li s-sena li għaddiet kellhom dħul ta’ inqas minn sittin elf ewro minn għada se jibdew jirċievu ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa ta’ bejn erbgħin u tmienja u sittin ewro , miżura li ser tiswa lil gvern aktar minn 11-il miljun ewro.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar ukoll li mat-tmint elef negozju applikaw għall-posponiment tal-ħlasijiet tat-taxxa jew bolla u se jkollhom sena ċans biex jaghmlu dawn l-pagamenti lill-gvern.

Ħaddiema li s-sena li għaddiet kellhom sehem fl-ekonomija minn għada se jibdew jirċievu ċekk ta’ bejn €40 u €68 bħala parti mill-miżura tal-budget ta’ rifużjoni tat-taxxa li issa daħlet fit-tielet sena taghha.

Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna qal li min kellu l-inqas dħul se jirċievi l-iktar, waqt li dawk li jaqilgħu aktar minn €60,000 fis-sena mhu se jirċievu xejn. Il-Professur Scicluna qal li dil-mizura ser thalli aktar flus fil-bwiet in-nies. “Se jiġi jiswa lill-Gvern €11.5 miljun u l-iskop hu li dejjem tippriova tgħin li dawk li jaħdmu billi tagħmillhom kuraġġ fejn tidħol it-taxxa u tqassam b’mod li ta’ isfel jieħu iżjed minn ta’ fuq”.

Mistoqsi minn TVM, il-Ministru Scicluna qal li sa nofs Mejju li għadda kien hemm madwar 8,000 sid ta’ negozju jew self-employed li applikaw biex jipposponu ħlasijiet tal-income tax,tal- bolla jew tal-VAT tagħhom u tal-ħaddiema li kienu dovuti lil gvern min Marzu ‘l hawn.

Il-Ministru Scicluna qal li mix-xahar id-dieħel dawn il-ħlasijiet se jerġgħu jibdew isiru b’mod regolari għalkemm l-arretrati ser jinġabru aktar tard. “Meta jasal iż-żmien li jridu jibdew iħallsuhom regolari aħna dak il-backlog intuhom 12-il xahar biex jirranġaw u jitħallsu f’dak il-perjodu”.

Il-Professur Scicluna qal li minkejja l-impatt qawwi tal-pandemija fuq id-dħul tal-Gvern, il-miżuri mħabbra fil-budget xorta qed jiġu implimentati kif pjanat. Spjega li l-Gvern qed joħroġ bejn €100 u €200 miljun fix-xahar biex l-ekonomija terġa tirpilja u l-aktar setturi ekonomiċi jerġgħu jqumu fuq saqajhom u jiġġeneraw il-ġid fosthom is-settur turistiku.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

Aktar