Lokali
Il-ħajja mhix logħba… jekk se ssuq tixrobx!

Bil-festini tal-Milied jinsabu fl-aqwa tagħhom, għadd ta’ entitajiet ngħaqdu flimkien f’kampanja preventiva biex min se jixrob ma jsuqx għax fi kliemhom il-ħajja mhijiex logħba.

Il-ħajja mhix logħba . . . jekk ser issuq tixrobx! Din hija t-tema magħżula din is-sena għall-kampanja ta’ prevenzjoni biex min beħsiebu jieħu grokk f’dan iż-żmien ta’ festi ma jsuqx.

Id-Direttur għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, Paula Vassallo qalet li l-alkoħol – anke fi kwantitajiet żgħar – jaffetwa l-kordinament tas-sewwieqa. “43% tan-nies li għandhom ‘il fuq minn ħmistax-il sena jixorbu ħafna fi żmien qasir – binge drinking – allura aħna qed inħeġġu lin-nies li min jixrob importanti li ma jsuqx. Hemm modi differenti, wieħed qabel ma joħroġ jista’ jippjana.”

Fit-tnedija ta’ din il-kampanja Dr Vassallo saħqet li x-xorb u s-sewqan ma jitħalltux. Hija qalet li minn jixrob m’għandux isuq u għandu juża mezzi oħra ta’ trasport biex ikun moħħu mistrieħ li jasal qawwi u sħiħ. Hija qalet li dan l-appell jgħodd għas-sena kollha u mhux biss f’dan il-perjodu ta’ festi.

Ingħad ukoll li issa min jinqabad isuq taħt l-effett tal-alkoħol jista’ jaffaċċja konsegwenzi legali għax bdiet is-sistema tal-punti li tippenalizza lix-xufier bi tnaqqis tal-punti, li jista’ jwassal għat-telf tal-liċenzja tas-sewqan.

Tony Micallef miċ-ċentru tal-għoti tad-demm stqarr li l-inċidenti tat-traffiku għandhom konsegwenzi saħansitra fuq ir-riserva tad-demm li d-domanda għaliha ma tiqafx lanqas fil-festi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kamra tad-Deputati approvat it-tielet qari tal-abbozz ta’ liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni b’34 vot u 27  voti kontra. Il-vot intlaqa’ b’ċapċip mill-membri tal-Gvern. L-abbozz issa jonqsu biss il-firma tal-President tar-Repubblika Marie-Louise…

Lokali

Wieħed mill-istilisti magħrufa tal-kantanta internazzjonali Lady Gaga, l-istilist mill-Kroazja, Matija Cop li nġieb Malta f’attività edukattiva għall-istudenti tal-MCAST mill-Fondazzjoni, Malta Chamber of Fashion. F’Malta wieħed mill-istilisti li taħdem miegħu l-kantanta…

Lokali

Mara ta’ 58 sena qaltilna li ilha priġuniera ġo darha għal dawn l-aħħar 9 snin għax minħabba mard ma tiflaħx tinżel żewġ sulari taraġ. Il-mara, Rita Gatt hija armla b’erbat’…

Lokali

F’konferenza tal-aħbarijiet, siegħa qabel ttieħed il-vot fit-tielet qari biex tidħol il-liġi ġdida tal-IVF, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne sostna li wasal il-waqt li l-politiċi ma jibqgħux jaħsbu…

Aktar