Il-ħajt f’Paceville li nżebagħ bl-immaġinazzjoni tat-tfal

Magħruf l-aktar għad-divertiment u popolari maż-żgħażagħ, Paceville qed jipprova jsir destinazzjoni għall-familja kollha.

Fil-qalba tal-mekka tad-divertiment Paceville, ħajt mitluq inbena mill-ġdid u ngħata l-kulur minn familji li qattgħu ftit sigħat il-Ħamis filgħaxija jiżbgħu mill-immaġinazzjoni tagħhom.

Din l-inizjattiva kellha l-għan li tressaq lill-familji lejn din iż-żona, fost l-oħrajn minħabba l-konnotazzjonijiet li żviluppaw madwar Paceville li xi kultant jistgħu jimbuttaw lill-ġenituri jieħdu lil uliedhom f’din iż-żona. Waħda mill-organizzaturi, Kate Decesare qalet li permezz ta’ din l-inizzjattiva riedu jerġgħu jqarrbu lill-familji lejn Paceville.

F’din l-attività ntużaw aktar minn 100 litru ta’ żebgħa ta’ kuluri differenti u ‘l fuq minn 150 pinzell.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar