Il-ħidma ta’ Dar il-Kaptan rikonoxxuta bil-Premju Dun Mikiel Azzopardi

Il-ħidma ta’ Dar il-Kaptan ġiet rikonoxxuta permezz tal-Premju Dun Mikiel Azzopardi 2016. Dan tħabbar minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, waqt kunċert fil-Katidral tal-Imdina lbieraħ filgħaxija.

Waqt diskors tal-okkażjoni, Fr Martin Micallef tkellem dwar l-għaxar anniversarju tat-twaqqif tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità. Konvenzjoni li għandha l-għan li tippromwovi, tipproteġi u tassigura t-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet umani u libertajiet fundamentali kollha tal-persuni b’diżabilità u tippromwovi rispett lejn id-dinjità intrinsika tagħhom. Fr Martin qal li minkejja l-ħidma li saret, għad baqa’ ħafna xi jsir biex, per eżempju, il-persuni b’diżabilità jkollhom aċċess għad-dritt li jagħżlu huma fejn u ma’ min joqogħdu; li jkollhom aċċess għal kull post ta’ divertiment u kultura bħal kulħadd; li s-soċjetà in ġenerali titgħallem tuża lingwaġġ favur l-inklużjoni u l-ugwaljanza u li l-persuni b’diżabilità jkollhom aċċess għall-ġustizzja indaqs mal-kumplament tas-soċjetà.

Tkellmet ukoll Annabelle Xerri li ta’ sitt snin tilfet is-smigħ, u li f’Ġunju li għadda ngħatat The Queen’s Young Leaders Award minn fost 45 pajjiż tal-Commonwealth. Hija qalet li din is-sena, mument storiku għall-persuni neqsin mis-smigħ kien meta l-Parlament ta’ Malta approva l-liġi li tagħraf uffiċjalment il-Lingwa tas-Sinjali Maltija bħala lingwa uffiċjali ta’ Malta.

Hija ħadet l-opportunità biex tirringrazzja lil dawk il-persuni li b’xi mod jew ieħor emmnu fiha, tawha vuċi u fetħulha ħafna bibien bl-opportunitajiet li pprovdewlha. Għaliex għalkemm minn dejjem kellhal-imħabba u l-appoġġ tal-familja u tal-ħbieb tagħha, xorta waħda kellha mumenti fejn kienet tħoss li ma tiswa għal xejn u li qatt mhi se tkun kapaċi fil-ħajja, iżda llum qalet tħoss li għandha abbiltajiet u li għandha x’toffri, għandha vuċi li tfisser xi ħaġa u li tista’ tagħmel differenza fil-ħajja ta’ ħaddieħor.

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li bil-messaġġ tagħha, Annabelle għallmitna li s-smigħ tal-kelma hija xi ħaġa tal-qalb, mhux tas-sensi. Il-President Marie Louise Coleiro Preca qalet li Annabelle uriet x’kapaċi tagħmel meta hemm ir-rieda u d-determinazzjoni u ta’ kemm hawn sbuħija fid-diversità tal-abbiltajiet.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar