Edukazzjoni
Il-ħiliet bażiċi ta’ studenti Maltin fil-Qari, il-Matematika u x-Xjenza

L-istudenti f’Malta qegħdin nofs triq fil-ħiliet bażiċi fil-Qari, il-Matematika u x-Xjenza meta mqabbla ma’ studenti minn 79 pajjiż ieħor. Dawn ix-xejriet ħarġu minn stħarriġ internazzjonali, magħruf bħala PISA, li jitqies bħala barometru tal-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi edukattivi billi jevalwa l-ħiliet taż-żgħażagħ fl-aħħar sena tal-iskola sekondarja.

L-istudju internazzjonali PISA, li jsir kull tliet snin, jitqies bħala kejl tal-ħiliet bażiċi li jkunu ksibu żgħażagħ ta’ 15-il sena fil-vjaġġ edukattiv tagħhom fl-iskejjel. Il-konklużjonijiet tal-istudju juru li minn 79 pajjiż, Malta kklassifikat fl-44 post, fid-39 post u fit-43 post rispettivament fil-Qari, il-Matematika u x-Xjenza.

L-Assistent Direttur fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, Louis Scerri, qal li meta mqabbel mal-istudju li sar fl-2015, l-istudenti f’Malta marru agħar fil-Matematika u fix-Xjenza u baqgħu fl-istess ilma fil-Qari. Żied li l-istudju tal-PISA juri li madwar terz tal-istudenti Maltin m’għandhomx ħiliet bażiċi f’dawn is-suġġetti.

”Il-fatt li fil-Matematika speċjalment u fix-Xjenza morna ftit lura kien xi ftit ta’ sorpriża għax f’dan l-aħħar snin saru sforzi kbar minn dawk involuti f’dawn is-setturi.”

Is-Sur Scerri stqarr li l-istudenti Maltin qed juru nuqqas ta’ ħila fil-qari saħansitra mill-primarja. Qal li huma fost l-inqas li jħobbu jaqraw anki lil hinn mill-bankijiet tal-iskola.

”Jekk it-tfal ibatu biex jaqraw sinjal li se jbatu biex jifhmu problemi tax-Xjenza u anki tal-Matematika.”

Ir-riżultati juru li l-istudenti fiċ-Ċina, Singapore, il-Kanada, l-Estonja u l-Finlandja kisbu l-aħjar riżultati fost l-istudenti minn 79 pajjiż.”

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li dan l-istudju jikkonferma li l-istudenti fl-iskejjel tal-Gvern irreġistraw titjib fil-Qari, fil-Matematika u fix-Xjenza meta mqabbel mal-istudju tal-2015.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena mill-Marsa suspettat li wettaq sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fl-aħħar ġimagħtejn. L-arrest sar mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fil-lejl…

Politika

Dr Justyne Caruana ddikjarat li ma kinitx konxja tal-istorja rrapportata fil-midja dwar il-qrubija bejn żewġha, l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta, u Yorgen Fenech, li huwa s-suspettat mandant ewlieni fil-qtil ta’…

Politika

Id-ditta legali Chetcuti Cauchi xandret il-partijiet mill-filmat li ma kinux ixxandru mill-istazzjon Franċiż M6, li qalet li jiskolpawha mill-allegazzjonijiet li saru dwarha b’rabta mal-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment, u li wasslu biex…

Politika

Jean Claude Micallef dalgħodu ħa l-ġurament bħala Membru Parlamentari, wara li kien elett b’elezzjoni każwali f’Diċembru li għadda. Is-Sur Micallef se jkun qed jokkupa s-siġġu vakat mill-eks Ministru Helena Dalli,…

Aktar