Kisbiet
“Il-ħolma tiegħi li nsir mudella saret realtà”

Tliet xhur mindu esprimiet xewqitha li ssir mudella ma’ TVM, il-ħolma ta’ Charline Magro saret realtà.

Is-Sibt li għadda Charline, li għandha 26 sena, kienet kienet fost 40 mudell u mudella li ħadu sehem f’konkors tal-moda f’Montekristo.Fl-ewwel dehra uffiċjali fuq catwalk, Charline li hi tfajla bid-Down Syndrome, rebħet it-titlu ta’ Miss Simpatika Malta 2019.

F’kummenti lil tvm.com.mt, Charline esprimiet ferħ li x-xewqa tagħha saret realtà fi żmien qasir. Charline stqarret li għalkemm għandha diżabilità intellettwali, tħoss li kapaċi turi l-ħiliet tagħha daqs ħaddieħor. Charline ma kellhiex kliem biżżejjed biex trodd ħajr lil kull min taha appoġġ biex tirbaħ dan l-unur fosthom lil Ivan Gaffiero u Maria Vidal.

Mitluba tgħid x’se jkun il-pass li jmiss f’dan ir-rigward, Charline filwaqt li ma żvelatx dettalji, qalet li qed tħares ‘il quddiem biex tieħu sehem f’kompetizzjoni oħra tal-immudellar biex fi kliemha tkompli xxerred il-ferħ u l-pożittività.

Hi esprimiet tama li l-esperjenza tagħha sservi ta’ ispirazzjoni għal persuni b’diżabilità biex ma jaqtgħux qalbhom u jkomplu jiġru wara l-ħolma tagħhom sakemm iwettquha.

Ara wkoll:

“Għandi xewqa kbira li nsir mudella”

Aħbarijiet Oħra
Agrikultura

“Marzu jgħidlu ikber, April iżbel u Mejju aħsad.” Hekk jgħid il-Malti għall-qamħ. Żmien il-ħsad tista’ tgħid għadda u minn għelieqi kbar lewn id-deheb illum tilmaħ għexieren ta’ balal ta’ tiben…

Parlament

Id-Deputat Prim Minsitru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Gvern kien infurmat bil-fomm mill-Kap Eżekuttiv ta’ Steward Healthcare f’Malta dwar ix-xiri ta’ ishma ta’ shareholder Amerikan mill-istess Steward Healthcare. …

Trasport

F’toroq battala mill-vetturi matul il-pandemija jidher li l-użu tar-rota żdied, kemm bħala mezz ta’ attività fiżika imma wkoll mezz ta’ trasport alternattiv. Grupp ta’ nisa b’kollaborazzjoni mal-organizzazjoni MOVE ngħaqdu fil-kampanja ROTA…

Edukazzjoni

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici, qal li fl-operat mill-ġdid taċ-child care centres se jinstab bilanċ bejn il-ħarsien tas-saħħa tat-tfal u l-operat ta’ dawn iċ-ċentri. Dr Bonnici qal li lest jikkunsidra ideat…

Aktar