Lokali
Il-home schooling: jinsistu li l-ġenituri ma jkollhomx warrant ta’ għalliema

Waqt li l-idea għal home schooling ġiet proposta fl-emendi għal-liġi tal-edukazzjoni, jidher li hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-Malta Home Education Association u l-awtoritajiet edukattivi li qed jesiġu li l-ġenituri jrid ikollhom warrant ta’ għalliema biex ikunu l-edukaturi ta’ wliedhom. L-assoċjazzjoni li s’issa tiġbor fiha sitt familji, twaqqfet tliet xhur ilu biex tippromwovi l-kunċett tal-home schooling.

F’Malta huwa obbligatorju li tfal sa 16-il sena jmorru l-iskola. Iżda f’diversi pajjiżi hemm mudelli alternattivi fosthom il-Home Education bil-ġenituri jkunu wkoll l-edukaturi ta’ wliedhom.

Maria Galea mill-Malta Home Education Association li tixtieq li dan jiġri f’Malta wkoll, qalet li hemm ħafna raġunijiet għalxiex ġenituri jagħżlu home schooling għal uliedhom.

“Aħna biex ikollna aktar relazzjoni tajba mat-tfal tagħna u biex dak li vera nemmnu fih, jiġifieri ngħallmuhom ikunu persuni ffurmati, b’karattru, dak li għandna aħna ngħadduh lilhom.”

Maria Galea qalet li dan bl-ebda mod ma jirrifletti ħażin fuq is-sistema skolastika. Kompliet tgħid li fil-home schooling il-ġenituri jridu jgħallmu l-affarijiet il-bażiċi u hemm ħafna kurrikula li wieħed jista’ jimxi magħhom. Spjegat li aktar mat-tfal jikbru aktar jiġu ggwidati biex jitgħallmu jistudjaw waħedhom.

“Meta mmorru l-università, vera mmorru l-lectures, il-lecturers jagħtuk il-guidelines, imma mhuwiex biżżejjed, trid tmur id-dar tkompli tagħmel ir-riċerka u titgħallem tagħmel a complete picture. L-istess ħaġa mat-tfal tagħna”, qalet is-Sinjura Galea.

Dwar diffikultà li t-tfal jistgħu jiltaqgħu magħha waqt l-istudji tagħhom, Maria Galea qalet li hemm ħafna riżorsi u barra minn Malta hemm ġenituri li jingħaqdu biex joffru assistenza fis-suġġetti differenti lit-tfal ta’ xulxin. Qalet li f’Malta jidher li hemm rieda politika biex jidħol il-kunċett tal-Home Education imma l-awtoritajiet edukattivi qed jesiġu li l-ġenituri li jagħmlu dan irid ikollhom warrant ta’ għalliema.

“X’jiddeċiedi l-Ministeru li jagħmel bħala basic education requirement jista’ jara hu. Nafu li hemm teachers jgħallmu b’żewġ A levels jiġifieri dak hu aċċettabbli forsi jkun hemm xi livell ta’ żewġ A levels, jew undergraduate degree imma tagħmilhiex teachers warrant għax m’aħniex qiegħdin nitgħallmu biex inkunu teachers fi klassi”, qalet Galea.

Maria Galea xejnet il-kritika li bil-home education, it-tfal jitilfu l-opportunità ta’ soċjalizzazzjoni fil-klassi. Hija argumentat li l-home schooling jagħmel it-tfal aktar indipendenti waqt li l-attivitajiet extra kurrikulari fosthom l-isport u l-attivitajiet kulturali, xorta jservu għas-soċjalizzazzjoni tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li kieku kien għall-Partit Nazzjonalista, 117,000 persuna f’21 lokalità ma kienux ser jivvutaw u ser isiru għax il-Partit Laburista ħareġ aktar…

Lokali

Għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u l-Parlament Ewropew se jikkontestaw 10 persuni b’diżabilità, disgħa għall-kunsilli lokali u wieħed għall-Parlament Ewropew. Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna qal dan huwa pass pożittiv…

Lokali

Il-Mellieħa Holiday Centre, li qabel kienet magħrufa bħala d-Danish Village, inawgurat faċilitajiet ġodda li saru b’investiment ta’ €9 miljun. Fl-inawgurazzjoni l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan hu investiment ieħor…

Mużika

Mat-300 student illum żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Arti l-Muża fil-Belt Valletta biex jiltaqgħu mal-kantanta Michela u fl-istess waqt jiksbu timbru speċjali ta’ Chameleon fuq il-passaport kulturali tagħhom. Fit-tieni attività organizzata mill-PBS…

Aktar