Partit Laburista
Il-housing soċjali se jkun għall-kiri għal min verament għandu bżonnu – PM

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat għamilha ċara li l-housing soċjali se jkun għall-kiri għal min verament għandu bżonnu. Fl-Imġarr, Dr Muscat tkellem dwar il-proġetti biex jinbnew aktar minn elf post għall-housing soċjali. Stqarr li fil-housing soċjali saru żballji mill-gvernijiet kollha u wera t-tama li minn issa ‘l quddiem minn jingħata post tal-gvern ma jibqax jintiret fi ħdan familtu.

Qal li min issa ‘l quddiem trid tidħol mentalità ġdida, li l-għoti taċ-ċavetta jkun biss il-bidu ta’ proċess. Spjega li familja li tkun daħlet f’housing soċjali, se tkun segwita b’social workers u l-Gvern irid jara li dawn il-familji jimxu ‘l quddiem li jkunu kapaċi jixtru darhom.

Dr Muscat qal li l-gvern għad attent li l-housing soċjali ma jinbeniex fuq art ODZ u fl-istess waqt ra li dawn il-binjiet fi 22 lokalità ma jispiċċawx ghettos. Qal li l-gvern kien joħroġ b’orħos kieku żviluppa dawn f’post wieħed imma kien ikun ħażin kemm soċjalment kif ukoll għall-ambjent.

Dwar is-suq tal-kera, il-Prim Ministru qal li l-White Paper intlaqgħet tajjeb minn kulħadd u issa l-Gvern irid jgħaddi għad-deċiżjonijiet waqt li jqies l-interessi differenti li jeżistu f’dan is-suq kumplikat. Qal li l-Gvern ser ikompli joffri l-għajnuniet tiegħu għal dawk li jridu jixtru l-ewwel dar tagħhom u anke żied is-sussidju għal dawk li jikru mill-privat. Il-Prim Ministru qal li l-ħidma tal-Gvern trid tibqa’ iffukat fuq li jiġu mgħejjuna l-familji fil-bżonn u li jkompli jitnaqqas il-faqar. Żied jgħid li l-Gvern lanqas irid li persuni jitgħabbew b’piż ta’ dejn mal-banek li ma jifilħux għalih. Qal li għalhekk se titnieda skema għal dawk li għandhom akar minn 40 sena u jridu jixtru darhom.

Dr Muscat irrimarka li lum festa pubblika, il-ħaddiema ser jieħdu ġurnata leave li kienet ittieħditlhom mingħajr ebda konsultazzjoni. Wiegħed li l-festi kollha li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa jerġgħu jibdew jitgawdew b’żieda fil-leave tal-ħaddiema. Il-Prim Ministru wera sodisfazzjon għar-apport tal-Kummissjoni Ewropea li wriet li Malta ser ikollha l-akbar tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Dr Muscat kkritika lill-Oppożizzjoni għall-fatt li dejjem ipprovat tiżra d-dubju u l-qtigħ il-qalb, u ma tindunax li n-nies din it-tip ta’ politika, ma jriduhiex.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…

Saħħa

Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…

Lokali

Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…

Aktar