Partit Nazzjonalista
Il-ħsara fuq Malta qed issir bil-korruzzjoni u mhux minn min qed jiddefendi r-reputazzjoni tal-pajjiż- Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li Gvern nazzjonalista irodd lura lill-poplu l-flus li qal qed jinsterqu b’mod sistematiku mill-Gvern. F’attivita’ politika f’Tas-Sliema, Dr Delia qal li issa hu ċar li l-gvern għamel powerstation ġdida għax minnha ried jisraq il-flus tal-poplu. Stqarr li qed jagħmel ħsara lil Malta min qed jagħmel il-korruzzjoni, u mhux min b’konsistenza jiddefendi isem il-pajjiż anke barra.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li gazzetta tal-Ħadd irrappurtat li għaddejja investigazzjoni fuq il-kumpanija 17 Black. F’dan l-isfond, Dr Delia wera l-fehma li dan juri li dan hu pajjiż tal-ħabi għaliex il-Kummissarju tal-Pulizija fl-ebda ħin ma ndenja ruħu jagħmel konferenza tal-aħbarijiet biex iħabbar li tnediet investigazzjoni.

Dr Delia stieden lill-Kummissarju tal-Pulizija, li qal jaf fejn għandu jsibu u għalhekk meta jrid imur ikellmu, għaliex qal li hu m’għandux x’jaħbi, mhux korrott u ma ħasel l-ebda flus barra minn Malta. Qal li meta mistoqsi jirriżenjax jekk Konrad Mizzi u Keith Schembri jinstabux ħatja fil-każ tas-17 Black, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li hu jirriżenja biss jekk jinstab xi ħaġa dwaru. Dr Delia sostna li b’dan il-kejl, il-Prim Ministru messu ilu li neħħa lil Konrad Mizzi u Keith Schembri. Kompla jgħid li Mizzi u Schembri marru n-naħa l-oħra tad-dinja biex jiftħu kont li fih kienu se jirċievu €150,000 fix-xahar kull wieħed mingħand 17 Black. B’din il-kumpanija issa ħareġ li hi ta’ Yorgen Fenech, parti mill-konsorzju tal-power station, Dr Delia qal li hu ċar li l-gvern għamel powerstation għax ried jisraq il-flus tal-Maltin b’mod sistematiku. Qal li kull sold li l-Gvern qed jisraq mingħand in-nies, Gvern Nazzjonalista se jroddu lura. Il-Kap Nazzjonalista qal li min jagħmel il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus qed jagħmel ħsara lil Malta, u mhux min dejjem jiddefendi isem Malta barra l-pajjiż ukoll.

Dr Delia qal li l-korruzzjoni hi reat li għandha prezz li qed jitħallas mill-bwiet tan-nies. Qal li l-Partit Nazzjonalista jemmen fil-blockchain u l-artificial intelligence, iżda wera tħassib li dawn kollha jiddependu mis-settur bankarju li qal jinsab taħt theddida. Irrefera għas-SataBank u ħeġġeġ għal soluzzjoni għax fi klimeu hemm kumpaniji ġġamjati u familji li mhux jirċieuv l-ħlas minħabba li m’għandhomx aċċerss għall-kotn bankarju tagħhom.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li mill-2005 sal-lum, il-prezzijiet tal-kirjiet immultiplikaw bi tliet darbiet, waqt li l-paga minima fl-istess żmien żdiedet b’terz. Adrian Delia qal li Gvern Nazzjonalista jiggarantixxi li ma jkun hemm ħadd li ma jkollux saqaf fuq rasu.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar