Lokali
Il-ħtif ta’ Natalie Williams kien ippjanat ġimgħa qabel tant li talbet lil missierha jipproteġiha

Sadanittant, missier Natalie Williams, Charles Higgins qal lil tvm.com.mt li kienu ilhom xahrejn u nofs jippruvaw isibu lir-raġel ta’ bintu bit-tama li jsalva lil bintu minn snin ta’ vjolenza domestika. Is-sur Higgans, qal li jumejn qabel ma rrapurtaw lil Natalie nieqsa, żewġha pprova jaħtafha mill-Fgura u hu taha kenn f’daru fil-Fgura stess.

Missier Natalie Williams, Charles Higgans li għandu 72 sena, bilkemm irid jemmen dak li għadda minnu fl-aħħar jiem. Huwa qed iqies l-każ ta’ bintu bħala ħtif u sostna li bintu nżammet kontra l-volonta tagħha minn Roddy Williams. Allega li Roddy Williams kien għamel tentattiv ieħor biex jaħtafha bħal-lum ġimgħa meta għall-ħabta tal-4.30pm u sema’ l-bieb tad-dar tiegħu fil-Fgura jinstabat u lil bintu tgħajjat għall-għajjut.

Charles Higgins qal li kien jara t-televizjoni “smajtha tibki, smajt leħnu, nżilt niġri, malli rani pprova jidħol fil-karozza u tani daqqa ta’ bieba, ħarab u ma lħaqtx ħadtlu d-dettalji tal-karozza”.

Is-sur Higgins qal li qabel l-għajbien tagħha fl-aħħar jiem bintu kienet qed tgħix miegħu biex jipproteġi lil Roddy li kien qed ikun vjolenti magħha. Qal li bintu kienet għadha kif sabet xogħol ġdid f’ħanut fiż-Żejtun, u meta ma rritornatx, mar ifittixha u għamel rapport l-għassa. Qal li mill-Ġimgħa filgħaxija sakemm instabet it-Tnejn filgħaxija, l-inkwiet li għadda minnu huwa inspjegabbli.

“Tħoss il-weġgħa tal-qalb, tgħaddi minn passjoni kbira, ma tkunx taf x’inti tagħmel” qal Charles Higgins.

Is-sur Higgans allega ma’ tvm.com.mt li Roddy Williams kellu l-abbuż tad-droga, u kien qed jibdel il-vetturi tiegħu biex ma jinqabadx. Qalilna li meta bintu għebet kien jaf li kien żewġha li għamlilha xi ħaġa u kien għalhekk li flimkien mal-Pulizija bdiet it-tfittxija għalih fl-inħawi tal-Kalkara. Qal li iben Natalie, Owen ta’ 18 -il sena li lemħu fit-triq, meta rnexxielu jżommu b’ħabel sakemm ġew il-pulizija u arrestawh.

Charles Higgins esprima li għandu rabja kbira għalih, “nispera li ma jħalluhx hawn Malta, jeħilsu minnu, biex jekk jeħel il-ħabs iqaċċtuh ‘il barra”.

Agnes Lombardo, ħabiba ta’ Natalie qalet li fil-jiem li damet nieqsa Natalie, bassret il-gwaj tagħha minħabba li kienet taf li kienet qed tiġi abbużata. “Dwejjaq kbar, tagħfis ta’ qalb, il-ħin kollu naħseb fiha, ma tafx x’inti tagħmel” qalet Agnes Lombardo.

Missier Natalie spjega li bintu kienet ilha xhur ma tgħix ma’ żewġha u kienet għaddejja mis-separazzjoni, iżda żewġha ma riedx jinfired minnha. Qal li Natalie kienet titwerwer minnu, u tħallih jagħmel li jrid biha, tant li ħadilha ħafna flus. Natalie hija omm ta’ tlett itfal, Owen ta’ 18 -il sena, Danika, ta’ 21 sena, u Raisa ta’ 25 sena.

Ara wkoll:

 

Roddy Williams akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ martu – se jibqa’ jinżamm arrestat il-ħabs

ARA: Nidħlu fil-gabuba li fiha Natalie Williams qattgħet tlett ijiem

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Espert kliniku mill-NHS Ingliża beda jara l-pazjenti bl-ADHD u jiddiskuti ma’ konsulenti mediċi lokali bil-għan li jagħti pariri lid-Dipartiment tas-Saħħa dwar mediċini tal-ADHD. Tliet ijiem ilu d-Deputat Prim Ministru u…

Stejjer Umani

Mara li kienet toqgħod f’wieħed mill-appartamenti li ġġarrfu fi Gwardamangia rnexxielha ssalva minn traġedja u salvat ukoll il-ħajja ta’ residenti li joqogħdu fl-istess blokka. Missierha, Lawrence Gauci, kiteb fuq is-siti…

Lokali

Id-devoti tal-Madonna tal-Karmnu llum reġgħu raw il-kwadru inkurunat tal-Madonna tal-Karmnu f’postu fis-Santwarju Bażilika fil-Belt. Dan wara li għamel sena u nofs nieqes sakemm fuqu saru interventi ta’ restawr u konservazzjoni….

Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi għal-lum. Ir-riħ mill-Grieg il-Lvant ser ikun qawwi f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sad-9pm.

Aktar