Kurżitajiet
Il-ħxuna twassal għal ċertu tipi ta’ kanċer iktar mit-tipjip

Filwaqt li t-tipjip jibqa’ responsabbli għal ħafna iktar każijiet ta’ kanċer mill-obeżità, instab li erba’ tipi partikolari ta’ kanċer huma iktar marbuta mal-ħxuna, milli mat-tipjip.

Dan ħareġ minn riċerka li saret minn għaqda mhux governattiva fir-Renju Unit, li fil-kampanja tagħha ħolqot kontroversja b’billboards li jiktbu l-kelma ‘obeżità’ bħallikieku kienet isem ta’ ditta fuq kartuna tas-sigaretti.

L-għaqda Cancer Research UK qalet li kull sena t-tipjip jikkawża 54,300 każijiet ta’ kanċer, li huwa iktar mid-doppju ta’ dawk ikkawżati mill-obeżità, li jammontaw għal 22,800.

Madankollu l-għaqda qalet li fir-rigward tal-kanċer tal-istonku, il-kliewi, il-fwied u l-utru, l-obeżità hija responsabbli għal iktar każijiet mit-tipjip.

Fil-kanċer tal-istonku kien hemm 4,800 kkawżati minn obeżità u 2,900 mit-tipjip. Bl-istess mod fil-kanċer tal-kliewi b’ 2,900 kontra 1,600, fil-fwied b’1,300 kontra 1,200, u fl-utru b’490 kontra 25.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ilnieraħ il-linja tal-ajru British Airways ħassret it-titjiriet kollha lejn il-kapitali Eġizzjana li kienu skedati sal-ġimgħa d-dieħla. Il-kumpanija qalet li ħadet din il-miżura bħala prekawzjoni għal raġunijiet ta’ sigurtà, iżda ma…

Barranin

Esperti forensiċi baqgħu mistagħġba meta waqt investigazzjoni fuq l-għibien ta’ tifla fl-1983, Emanuela Orlandi, meta qalgħu l-għadam minn żewġ osswarji fil-Vatikan, ma sabu lanqas l-għadam ta’ żewġ prinċipessi tas-seklu dsatax…

Barranin

F’Venezja, il-Pulizija mmultat żewġ turisti Ġermaniżi wara li nqabdu jagħmel kafè fuq it-taraġ tal-pont ta’ Rialto It-turisti weħlu multa ta’ €950 talli kienu qed isajru l-kafè fuq kuker żgħir. Flimkien…

Barranin

Il-vulkan Etna qed jerġa’ jiżbroffa u li kawża tad-duħħan iswed, ajruporti fil-viċinanzi fosthom ta’ Katanja u Comiso qed ikollhom jillimitaw l-operat tagħhom. Nies entużjasti fuq il-vulkan ħadu ritratti mill-isbaħ tal-lava…

Aktar