Il-‘junk mail’ se jieqaf?

Il-kumpanija Wasteserv ser iżżid l-isforzi tagħha biex il-pubbliku jipparteċipa aktar fir-riċiklaġġ ta’ skart perikoluż bħal bozoz.

Fl-istess waqt tħabbar li ser isir ukoll proċess konsultattiv dwar it-tunnellati ta’ karti ta’ pubbliċita kummerċjali li kull sena qed jitqassmu fid-djar, tant li saru jissejħu junk mail u ħafna residenti saħansitra qed iħallu nota mal-kaxxa tal-ittri biex jirrifjutaw dan il-materjal pubbliċitarju.

Il-Ministru tal-Ambjent Leo Brincat qal li l-gvern ser jibda jindirizza l-problema tal-junk mail.

Huwa qal dan f’attività tal-wasteserv li fih tħabbret lotterija marbuta mal-flixkien tal-plastik u bozoz maħruqa li jiġu depożitati mill-pubbliku fiċ-ċentri tal-iskart goff minn fejn dan l-iskart jiġi riċiklat skont in-natura tiegħu.

Il-lotterija Iġbor u Irbaħ bil-fliexken li saret mil-Wasteserv diġa kellha riżultat tajjeb tant li fiċ-ċentru tal-iskart goff kienu qed jinġabru medja ta’ 10,500 flixkun tal-plastik fil-ġimgħa.

Issa l-lotterija ser tkun estiża għal bozoz ukoll.

Studju tal-wasteserv wera li 17 fil-mija biss tal-maltin jafu li l-bozoz maħruqa huma kunsidrati bhala skart perikoluż, tant li b’mod żbaljat ħafna għadhom jarmu l-bozoz maħruqa mal-ħġieġ jew fil-boroz tal-iskart domestiku.

Il-Ministru Leo Brincat qal li l-gvern huwa determinat li iżid l-impenn biex jiżdied l-iskart li jiġi riċiklat bħala parti mill-istrateġija għall-immaniggjar tal-iskart.

Lottery Logo

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-aħħar 24 siegħa ma kien irreġistrat ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta. Fuq Twitter Dr Fearne qal li “għax qbadna…

COVID-19

It-tabib tal-emerġenza, Michael Spiteri esprima d-diżżapunt tiegħu fuq il-media soċjali għall-fatt li lbieraħ filgħaxija partitarji tal-Floriana inġabru f’attività tal-massa fuq il-Fosos, sabiex jiċċelebraw id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol li vvutaw…

Aktar