Lokali
Il-PM jippreżenta l-viżjoni ekonomika futura tal-Gvern

Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu ppreżenta l-viżjoni ekonomika futura tal-Gvern u qal li din hija msejsa fuq 5 pilastri – il-governanza tajba, it-tkabbir ekonomiku, l-edukazzjoni, it-titjib fl-infrastruttura, u l-kwalità tal-arja. Dr Abela qal li dan huwa mudell ekonomiku u soċjali b’saħħtu li mistenni jsir fis-snin li ġejjin bl-użu ta’ iktar miż-żewġ biljun ewro li Malta kisbet mill-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ il-Perit David Xuereb faħħar il-viżjoni tal-Gvern li qal għandha priniċpji simili għal dawk tal-Kamra tal-Kummerċ.

F’laqgħa tal-Kabinett, meqjusa bħala storika, li fiha ħa sehem il-kumitat tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Prim Ministru Robert Abela ppreżenta l-viżjoni ekonomika tiegħu għall-ġejjieni ta’ Malta. Dr Abela qal li minkejja li fl-aħħar seba xhur kellu jiffoka fuq l-iżviluppi kontinwi fosthom il-pandemija, ħass il-ħtieġa li jaqsam il-vizjoni ekonomika tal-Gvern għas-snin li ġejjin. Din il-viżjoni, qal il-Prim Ministru, tikkonsisti f’ħames pilastri li huma l-governanza tajba, it-tkabbir ekonomiku, l-edukazzjoni għall-ekonomija b’saħħita, it-titjib fl-infrastrttura u li Malta jkolla kwalità ta’ arja aħjar bi status newtrali ta’ karbonju sas-sena 2050. ” Inutli nitkellmu fuq takbbir ekonomiku jekk dan ma jissarafx fi kwalità ta’ ħajja aħjar. Allura l-prinċipju tat-tkabbbir ekonomika dejjem irid abbinat ma kwalita tal-ħajja aħjar tal-poplu tagħna.”

F’dan l-isfond qal li Malta jeħtieġ ikollha aktar spazji miftuħa u deċiżjonijiet ta’ ppjanar ibbażati fuq priniċpju. Tkellem ukoll dwar is-sistema edukattiva, li skontu mhix qed tipprepara t-tfal biżżejjed fil-Matematika, ix-Xjenzi u l-ekonomija diġitali. Dr Abela saħaq li l-governanza tajba hija ċentrali għal ekonomija b’saħħitha.

Dwar l-infrastruttura, il-Prim Ministru qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni bis-serjeta’ dwar trasport tal-massa innovativ. Semma’ wkoll li wasal fl-aħħar stadji x-xogħol fuq fibre-optic cable li jgħaqqad b’mod iktar b’saħħtu lil Malta u Għawdex. Dr Abela qal li f’din il-viżjoni n-nisa se jkunu fiċ-ċentru tal-potenzjal ekonomiku mhux għax nisa imma għax huma kompetenti li jistgħu jagħtu perspettiva differenti u jkomplu jixpurnaw l-avvanz teknoloġku.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ il-Perit David Xuereb qal li l-prinċipji li semma l-Prim Ministru huma proprju l-punti fiċ-ċentru tal-viżjoni tagħhom.

“Prim Ministru jien impressjonajtni dalgħodu nisimgħek titkellem fuq is-suġġetti kollha li nassigurak li m’hemm ebda waħda minn dawk li semmejt int li huwa in contrast ma’ dak li qed naħsbu aħna bħala kamra tal-kummerċ u smajthom organizzati kif taf tagħmel inti bil-mod kif elenkajthom huwa ta’ serħan il-moħħ kbir.”

Il-Perit Xuereb qal li kamra m’għandhiex irbit politiku u għandha l-għan li tfassal viżjoni ċara li tirrifletti l-bżonnijiet tal-pajjiż,

Mistoqsi minn Television Malta dwar x’miżuri se jieħu l-Gvern biex jindirizza wħud mill-isfidi ekonomiċi u finanzjarji attwali, il-Prim Ministru m’eskludiex li titnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud għall-negozji turistiċi u li s-suppliment tal-pagi jibqa’ jingħata wara Settembru.

“Minn żmien għal żmien nevalwaw il-proposti li tgħaddilna l-kamra tal-kummerċ fosthom kien hemm din il-proposta tat-taxxa tal-valur miżjud. Dik hi xi ħaġa li għadna qed niddiskutu. Dwar il-wage suppliment, biex jiġi estiż wara d-data li ġie mħabbra wieħed irid jevalwa s-sitwazzjoni. Sodisfatt għaliex l-ekonomija qed tirpilja b’mod b’saħħtu ma jfissirx li ma jkunx hemm lok fejn wieħed jaġġusta dak il-wage suppliment hija sitwazzjoni fluwida żgur li mhux se nħallu impjiegi jintilefu u negozji jmorru lura.”

Dwar iż-żieda fin-numri ta’ każijiet pożittivi tal-Covid, Dr Abela qal li l-maġġoranza assoluta tal-każijiet huma bla sintomi jew b’sintomi ħfief. Qal li din iż-żieda kienet irrapurtata f’kull pajjiż li fetaħ il-bibien għat-turisti fl-istess waqt semma kif Malta hija fost l-aktar pajjiżi li qed tagħmel swab tests. Dwar il-ftuħ tal-iskejjel, il-Prim Ministru Abela huwa kruċjali li ma jittelefix l-iżvilupp edukattiv għaliex tkun katostrofika. Minkejja dan, qal li t-tagħlim irid jingħata f’ambjent sigur għall-istudenti u l-għalliema.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar