Politika
Il-kabinett se jiltaqa’ llejla biex jiddiskuti l-għajnuna finanzjarja

Il-kabinett mistenni jiltaqa’ llejla biex jiddiskuti iktar miżuri ta’ għajnuna finanzjarja fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19.

F’referenza għal din il-laqgħa fuq il-midja soċjali, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li jinsab kburi b’dak li ħareġ mill-ħidma ta’ tmiem il-ġimgħa.

Rapporti fil-midja lokali qalu li l-membri tal-kabinett mistennija jiltaqgħu għall-ħabta tas-6.00pm f’Kastilja.