Kultura
Il-kaċċa magħġuna fil-poplu għax tmur lura għall-ewwel komunitajiet f’Malta – l-FKNK

F’Ta’ Qali qed issir fiera iddedikata għall-kaċċa b’aspetti mill-wirja jelenkaw aspetti mill-mod kif qed tkun ipprattikata l-kaċċa f’Malta u lil hinn minn xtutna.

It-tradizzjoni tal-kaċċa spiss tqanqal reazzjonijiet kuntrastanti iżda l-uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti, Lucas Micallef, isostni li l-kaċċa hi magħġuna fil-poplu Malti u tmur lura għall-ewwel komunitajiet li għexu fuq il-gżejjer Maltin.

Qal li maż-żmien u partikolarment fis-seklu sittax, il-kaċċa ttrasformat ruħha fi prattika soċjali u rikrejattiva mill-Kavallieri ta’ San Ġwann.

Waqt il-Game and Country Expo organizzata fl-MFCC f’Ta’ Qali, is-Sur Micallef spjega kif id-delizzju tal-kaċċa kompla jevolvi u l-kaċċaturi tal-lum iridu jkunu konxji dwar is-sostenibbiltà tal-kaċċa. Qal li għalhekk ir-regolamenti dwar il-kaċċa saru iżjed stretti.

“Dak li nieħdu min-natura . . . aħna rridu nserrħu rasna mhux għalina biss imma anki għall-ġenerazzjonijiet futuri li l-popolazzjonijiet globali tal-annimali u għasafar iridu jibqgħu b’saħħithom, u aħna nagħmlu ħafna xogħol ta’ konservazzjoni biex noħolqu abitat u tista’ tgħid li aħna wkoll il-gwardjani ta’ ħafna mill-kampanja globali… u li ħafna mill-imsaġar li għandna f’art privata huma miżmuma mill-kaċċaturi.”

Fl-expo qed ikunu jintwera tagħmir li għandu x’jaqsam mal-kaċċa b’rappreżentanti mill-komunità ta’ ħmistax-il elf kaċċatur u nassab jispjegaw dwar id-delizzju tagħhom. Hemm ukoll taqsimiet li huma ddedikati għal tradizzjonjiet u snajja’, target shooting, u wirja dwar l-għasafar u  l-klieb tal-kaċċa.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ xufiera ta’ coaches dalgħodu rrikorrew għall-kura f’ċentru tas-saħħa wara ħabta fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00am bejn coach tal-Aviaserv u coach tal-AirMalta, li ma kinux qed iġorru…

Xogħol

Il-Ministru Edward Zammit Lewis, filwaqt li nieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena, qal li l-ekonomija tistrieħ fuq il-ħaddiem, u li dan il-premju jirrikonoxxi l-bżulija. Iċ-Chairperson tal-kumitat organizzattiv, Angela Agius, spjegat li…

Kultura

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tħabbar il-kunċert innovattiv bis-sehem tal-mużiċisti tal-banda, Ħuġġieġa tal-Banda 12th May b’għajnuna ta’ fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti. Il-banda 12th May ta’ Ħaż Żebbuġ bħalissa qed tipprepara għall-proġett Ħuġġieġa,…

Sigurtà

Il-kumpanija ARMS iċċarat li l-ħaddiema tagħha li jintbgħatu jaqraw il-meters tad-dawl u l-ilma jridu jkunu lebsin l-uniformi kif tidher fir-ritratt. TVM infurmat li fl-aħħar ġimgħat xi residenti esprimew tħassib dwar…

Aktar