Il-Kamerun se jinvestiga seba’ plejers dwar “frodi”

Uffiċjali tal-Kamerun se jkunu qegħdin jinvestigaw allegazzjonijiet li seba’ plejers fit-tim nazzjonali kienu involuti f’irranġar ta’ rżultati fit-Tazza tad-Dinja fil-Brażil.

Il-kumitat tal-etika tal-federazzjoni tal-futbol tal-Kamerun se jkun qed jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet ta’ “frodi” minn seba’ “tuffieħat imħasra” fit-tim nazzjonali.

Dawn l-allegazzjonijiet saru persuna minn Singapore li kien instab ħati ta’ akkużi ta’ rranġar ta’ riżultati mal-magażin Ġermaniż Der Spiegel.

Il-Kamerun tilef il-logħob kollu fil-Grupp A, fosthom telfa ta’ 4-0 kontra l-Kroazja.