Lokali
Il-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji tgħid li l-miżuri mħabbra jagħtu ftit viżibbilità lil ċertu setturi

Il-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji qalet li l-miżuri mħabbra dalgħodu mill-Gvern biex gradwalment jitnaqqsu r-restrizzjonijiet li ddaħħlu x-xahar li għadda jagħtu ftit viżibbilità lil ċertu setturi u għalhekk n-negozji jistgħu jippjanaw aħjar.

Qalet iżda li dak ikkomunikat mill-Gvern hu turija ċara tal-falliment tad-djalogu soċjali minħabba li spjegat li dawn id-deċiżjonijiet saru mingħajr konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali.

Il-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji qalet li l-ammont ta’ ħsara ekonomika li qed jiffaċċjaw in-negozji jwassalhom għall-agħar perjodu tagħhom fil-pandemija. Qalet li tinsab imħassba ħafna kif dawn in-negozji se jibqgħu fuq saqajhom minħabba telf kbir li qed isofru.