Lokali
Il-Kamra tad-Deputati mistennija tapprova l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-liġi elettorali

Il-Kamra tad-Deputati mistennija tapprova mill-istadji kollha abbozz ta’ liġi li jemenda il-liġi elettorali.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici li ressaq l-abbozz semma’ diversi emendi għal din il-liġi fosthom li se tidħol is-sistema tal-għadd ta’ voti b’mod elettroniku.

Huwa qal li l-għadd elettroniku se jibda wara li ssir verifika manwali tal-karti tal-vot.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Clyde Puli qal li minħabba difetti li ħarġu fil-provi fuq is-sistema elettronika talbet li jsiru emendi biex ikun assigurat li r-rieda tal-poplu tkun assigurata. Għalhekk twieldet din is-sistema hybrid.