Lokali
Il-Kamra tal-Avukati diżappuntata bl-attakki fuq avukati

Il-Kamra tal-Avukati esprimiet id-diżappunt tagħha għall-attakki li qed isiru fuq l-avukati minkejja li jkunu qed jaqdu dmirijithom.

Fi stqarrija, hija fakkret li huwa d-dritt fundamentali ta’ kull persuna li tiġi assistita minn avukat tal-għażla tagħha.

Hija sostniet li l-irwol tal-avukat huwa dak li jipparteċipa fil-proċess sħiħ biex issir ġustizzja u m’għandux jiġi kkritikat skont ir-reat li bih ikun mixli l-klijent tiegħu.

“Meta l-attakk ikun ġej minn membru ieħor tal-istess professjoni dan jirrendi l-fatt aktar gravi”, żiedet tgħid il-Kamra tal-Avukati li bħala President għandha lil Dr Louis de Gabriele (ritratt).