Ekonomija u Finanzi
Il-Kamra tal-Kummerċ bi proposti biex l-ekonomija Maltija tkompli tikber b’mod sostenibbli

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija u l-Intrapriża proponiet numru ta’ miżuri kif fil-fehma tagħha l-ekonomija Maltija tista’ tkompli tikber b’mod sostenibbli b’rispett lejn l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja.

Ir-rakkomandazzjonijiet inġabru f’dokument li joffri viżjoni ekonomija mil-lenti tas-26 kap eżekuttiv ta’ kumpaniji fl-oqsma varji tal-ekonomija. Id-dokument, ippreżentat mill-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb fih 59 proposta bit-tama li jitwettqu fuq medda ta’ snin.

Il-Perit Xuereb innota fost ohrajn li l-ħtieġa ta’ iktar kollaborazzjoni bejn il-Kamra tal-Kummerċ u l-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-istituzzjonijiet edukattivi biex il-ħiliet mgħallma minn eta’ żgħira fost fost oħrajn jirrilfettu l-ħtiġijiet tal-industriji u l-iżviluppi teknoloġiċi.

“L-ewwel nett fuq etika, kwalità u differenza bejn tajjeb u ħażin għax dawk huma parti mill-intergrità tal-valuri li jagħmilna Maltin pero’ wkoll ippreparati fuq livelli ta’ kreattività, fuq livelli biex taħseb barra mill-kaxxa b’mod kreattiv u innovattiv biex f’dinja ta’ Artificial Intelligence li rridu jew ma rridux ser tolqot il-pajjiż tagħna, inkunu preparati biex jiffunzjonaw f’industrija li hija hekk.”

Il-Kamra tal-Kummerċ qed theggeg biex il-Gvern jerġa’ jaħsibha dwar il-bini ta’ mina bejn Malta u Għawdex u minflokha jikkunsidra sistema ta’ metro b’konnettivita’ m’Għawdex u sistema ta’ Ferry li tgħaqqad lil Għawdex mal-Belt, Buġibba, tas-Sliema u l-Kottonera.

Il-Perit Xuereb qal li t-tkabbir ekonomiku m’għandux isir għad-detriment tal-ambjent.

“Mhux ħaxix u siġar biss, iżda nitkellmu fuq ngħidu aħna il-bini li naħdmu fih, il-ħwienet, id-djar, l-uffiċni, il-fabbriki, jistgħu jiffunzjonaw lejn l-ambjent u mhux jieħdu mill-ambjent.”

Il-Kamra tal-Kummerċ appellat għal proċess ta’ konsultazzjoni aktar wiesgħa dwar il-pensjonijiet privati u tenniet is-sejha biex jorhsu l-kontijiet tal-energija ghall-intraprizi.

Id-dokument bil-proposti ser jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet Maltin.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar