Budget
Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tilqa’ l-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ‘kruċjali’ għall-industrija

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija ukoll laqgħet b’sodisfazzjoni il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Gvern ilbieraħ li qalet huwa kruċjali għall-industrija f’dan l-istadju.

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija qalet li huwa mportanti li jinżamm il-ħlas mill-Gvern ta’ suppliment għall-pagi ta’ ħaddiema fis-settur turistiku u faħħret is-sistema tal-vouchers li se tgħin it-turiżmu domestiku anki fid-dawl li Għawdex jiddependi mit-turiżmu.

Laqgħet ukoll l-għajnuna fil-ħlas fuq il-kontijiet tad-dawl u fil-kirjiet tan-negozji kif ukoll il-posponiment tal-ħlas tat-taxxa. Iddeskriviet il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika bħala wieħed li jinċentiva l-ekonomija biex tkompli timxi ‘l quddiem anki f’dawn iż-żminijiet diffiċli.

Qalet li tinnota l-proġetti infrastrutturali li qed isiru f’Malta, temmen li għandhom isiru wkoll proġetti infrastrutturali f’Għawdex ukoll sabiex il-gżira tkompli tattira industriji ġodda.