Il-Kamra tal-Kummerċ tgħid li l-ispejjeż tal-impjegati qed jolqtu l-kompetittività

Il-Kamra tal-Kummerċ elenkat sitt sfidi flimkien mal-proposti u r-rakkomandazzjonijiet għall-Budget biex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi li qalet qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-komunitajiet tan-negozju.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, David Xuereb, qal li ż-żidiet fl-ispejjeż assoċjati mal-impjegati qed ikollhom impatt fuq il-kompetittività. Qal li għandha ssir analiżi dwar il-fatturi li qed jikkaġunaw l-inflazzjoni bħal żidiet fl-allokazzjoni tal-leave, mobilità akbar fl-impjiegi u n-nuqqas ta’ ħaddiema vis a vis il-produttività.

Fil-proposti għall-budget, il-kamra qed tirrakkomanda wkoll li jsiru iżjed sforzi biex jinstabu soluzzjonijiet alternattivi għall-użu tal-karozzi personali bħala l-mezz ewlieni ta’ trasport, u aċċennat dwar il-ħtieġa ta’ riforma serja fis-suq tal-kera.

Tirrakkomanda wkoll li minnufih jissaħħu r-riżorsi umani u finanzjarji disponnibbli biex ikunu implimentati l-istrateġiji kontra l-ħasil ta’ flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, li qalet qed jheddu l-istabbiltà u s-sostennibiltà tas-settur tas-servizzi finanzjarji.

Dwar is-settur tal-kostruzzjoni, il-kamra tipproponi li dak li tqis bħala nuqqasijiet eżistenti fl-industrija jkunu indirizzati minnufih, billi fost affarijiet oħra jsir qafas regolatorju ġdid, bl-aġenzija ġdida dwar il-bini u kostruzzjoni tingħata iżjed awtorità biex tara li l-liġijiet ikunu implimentati.

Il-Kamra ppropniet ukoll li jkun hemm iżjed investiment fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar