Lokali
Il-Kamra tal-Kummerċ tgħid li tapprezza li l-Gvern għandu politika business friendly

Il-membri ġodda li ġew eletti fil-kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb, qal li l-Kamra tal-Kummerċ se tkompli taħdem fl-interess tan-negozju. Qal li l-Kamra tapprezza li l-Gvern għandu politika li hija business friendly.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern għandu relazzjoni tajba ħafna mal-Kamra tal-Kummerċ. Sostna li t-tkabbir ekonomiku qed iseħħ bit-twettieq ta’ policies li joħolqu ambjent tajjeb għall-investiment. Dr Muscat qal li l-Gvern qed jaħdem biex jara li l-ġid jitqassam b’mod ekwu ma’ kulħadd. Kompla jgħid li hemm bżonn ta’ nefqa fl-infrastruttura, mhux biss fit-toroq imma anke fis-servizzi. Il-Prim Ministru qal li dan kollu għandu jseħħ billi jiġu indirizzati l-isfidi bħal m’huma dawk tat-tkabbir, tas-suq tax-xogħol, tas-suq tal-propjetà u t-tensjoni bejn l-iżvilupp u l-ambjent.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sirjan ta’ 25 sena sofra ġrieħi gravi wara li sofra xi ħruq ikkawżati minn fjamma li ħarġet huwa u jbiddel ċilindru tal-gass. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:20 fi Triq is-Sibbien f’Marsaskala,…

Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Aktar