Lokali
Il-Kamra tal-Kummerċ tiddiskuti l-viżjoni ekonomika tagħha mal-Oppożizzjoni

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb tkellem dwar il-viżjoni ekonomika tal-Kamra ma’ rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi, Mario De Marco stqarr li l-pandemija offriet perjodu ta’ riflessjoni dwar il-pjanijiet ekonomiċi ta’ Malta. Qal li l-kummerċ virtwali rrid jingħata importanza speċjalment f’din ir-realtà ġdida.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija Claudio Grech qal l-viżjoni ekonomika trid tkun komposta mill-ideat ta’ kulħadd waqt li rrimarka li ma jistax ikun hemm ekonomija b’saħħitha mingħajr poplu b’saħħtu.

Il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għas-Servizzi Finanzjarji u l-Intrapriżi Żgħar u Medji Kirsty Debono qalet li dan huwa żmien ta’ opportunità kbira u li hemm bżonn ħolqien ta’ setturi ġodda.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Aktar