Politika
Il-Kamra tal-Kummerċ tippreżenta l-proposti għall-baġit lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista

Il-Kamra tal-Kummerċ ippreżentat il-proposti tagħha għall-budget li ġej lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Marisa Xuereb, qalet li t-titlu jirrifletti s-sentiment tan-negozji bħalissa, huwa n-nuqqas ta’ riżorsi umani li teħtieġ tiġi indirizzata minnufih. Sostniet li Malta teħtieġ toħroġ mil-lista l-griża tal-FATF mill-aktar fis ukoll.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista qal li l-proposti tal-Kamra tal-Kummerċ juru kemm din l-entità hija pro-attiva lejn dan il-pajjiż; filwaqt li qal qed ikomplu jgħinu fit-tfassil tal-politika tal-partiti politiċi.

Huwa Żied jgħid li anke l-Partit Nazzjonalista fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qegħdin jippreżentaw id-dokument ta’ qabel il-Budget b’sensiela ta’ proposti.

Dr Grech qal li l-Partit Nazzjonalist ħareġ pjan integrat t’appoġġ loġistiku għall-industrija lokali; filwaqt li semma numru ta’ modi ta’ għajnuna għall-importatur u l-esportatur, kif ukoll fondi għal meta jimporta u jesporta.