Politika
Il-Kamra tal-Kummerċ tippreżenta lill-Prim Ministru dokument b’aktar minn 60 proposta

Delegazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ ippreżentat lill-Prim Ministru Robert Abela dokument b’aktar minn 60 proposta għat-tisħiħ tal-governanza u s-saltna tad-dritt. F’laqgħa f’Kastilja l-President tal-Kamra tal-Kummerċ, David Xuereb stqarr li l-kamra hija sodisfatta bid-deċiżjonijiet meħuda mill-Prim Ministru fl-ewwel jiem fil-kariga tiegħu.

Il-Perit Xuereb qal li l-manifest bit-tema n-Negozju Etiku jsejjaħ għal bidla qed jipproponi riformi f’bosta oqsma tal-amminsitrazzjoni pubblika mill-ħatriet fil-ġudikatura sal-finanzjament tal-partiti biex Malta tirkupra r-reputazzjoni u l-integrità tagħha li qal ittapnet fl-aħħar xhur. Qal li l-komunità internazzjonali qiegħda tħares lejn Malta biex tara jekk il-bidla fit-tmexxija tal-pajjiż hiex ser iġġib bidla konkreta. Qal li l-ewwel deċiżjoni qed tagħti sinjal tajjeb.

Huwa qal li biex ir-riformi jħallu r-riżultati mixtieqa jridu jsaħħu primarjament l-kontabiltà, it-trasparenza u s-saltna tad-dritt. Fost numru ta’ proposti d-dokument jissuġerixxi li l-Prim Ministru jindirizza l-allegazzjonijiet dwar il-kuntratti tal-Gvern fl-aħħar sitt xhur, is-sospensjoni temporanju tal-iskema ċittadinanza b’investiment u evalwazzjoni tal-mod li bih jinħatru l-persuni f’karigi ta’ importanza nazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġew inawgurati żewġ bowsers state of the art li jitrattaw id-drenaġġ. Dan bħala parti minn proġett maġġuri tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma, iffinanzjat minn fondi Ewropej. Dawn il-bowsers huma l-aħħar żieda mal-flotta…

Politika

Il-Kap tad-Dipartiment għall-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Glenn Micallef, spjega li l-Kummissjoni Ewropea għamlet il-proposta tagħha dwar id-daqs tal-budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Din il-proposta kienet…

Kultura

L-istazzjon nazzjonali se jkun qed ixandar l-iskeda sħiħa tal-Karnival ta’ din is-sena. Dawn huma l-ħinijiet tax-xandiret tal-Karnival: Is-Sibt 22 ta’ Frar  – Il-Karnival tat-Tfal mid-09:25 sa 12:00 fuq TVM2 Is-Sibt…

Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Aktar