Budget
Il-Kamra tal-Kummerċ tippreżenta lill-Prim Ministru l-proposti tagħha dwar il-budget

Waqt il-laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ, il-Prim Ministru qal li l-budget li jmiss mhux biss se jindirizza s-sitwazzjoni tal-pandemija li affettwat ħażin lis-setturi kollha tal-pajjiż, iżda se jkun katalista għall-futur.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb qal li jixtieq li dan il-budget ifassal l-istrateġija ekonomika għall-għaxar snin li ġejjin, biex ikun budget li jkun qed jifforma l-viżjoni tal-Gvern għall-futur. Il-Perit Xuereb qal li l-Kamra tal-Kummerċ qed tippreżenta lill-Gvern 121 proposta għall-budget, proposti għal tibdiliet li hemm bżonn għas-snin li ġejjin.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ qal ukoll li jemmen li l-Gvern għandu jaħdem għal governanza tajba, kif ukoll fuq is-sostennibiltà tal-pajjiż u użu iktar tat-teknoloġija.